У нас вы можете посмотреть бесплатно TA’ REPUBBLIKA JIFIRĦU BIR-RIŻENJI TA’ DELIA MILL-PN или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT ARKIVJI Tal-għaqda Repubblika ħarġu juru s-sodisfazzjon tagħhom għar-riżenja t’André Grech minn Kunsillier Nazzjonalista u mill-Partit Nazzjonalista. Permezz ta’ Michael Zammit Maempel, wieħed li jitkellem fl-attivitajiet ta’ Repubblika, l-għaqda mmexxija minn ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina ħarġet tifraħ għax alleat ta’ Delia telaq mill-Partit Nazzjonalista. “Good riddance”, kiteb ta’ Repubblika għal Kunsillier, issa indipendenti fuq Ħal Balzan. “Għalaq il-bieb warajk u ara tazzarda tiġi lura”, żied jgħid ta’ Repubblika lil dak li baqa’ dejjem wara Adrian Delia. Ta’ Repubblika kompla bil-kliem iebes u staqsa jekk André Grech kienx diġà sparixxa meta Delia ma reġax ġie elett Kap tal-Partit Nazzjonalista. L-Erbgħa filgħaxija, André Grech saħaq li rriżenja mill-Partit Nazzjonalista wara li Bernard Grech naqas milli jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Comodini Cachia, li ħarġet tattakka lil Adrian Delia fuq il-kawża ta’ libell li fetaħ kontra l-Lovin Malta, is-sit li għad għandu kontroll enormi fuqu l-istrateġista ta’ Bernard Grech, Chris Peregin. André Grech kien qal li ma jiflaħx jibqa’ f’partit fejn tirrenja l-mibegħda. “Delia kien imċanfar għax morna fuq il-Fosos bil-flokkijiet ta’ Team Delia u wara l-kummenti ta’ Comodini Cachia qed ngħidu li l-partit huwa magħqud”, saħaq André Grech. Zammit Maempel ta’ Repubblika diġà kien ħareġ jiddefendi lil Comodini Cachia li sejħet l-eżami li għamel Delia fil-bidu ta’ din il-ġimgħa fil-Qorti fuq l-editur tal-Lovin Malta bħala surreali u ‘poor taste’. Fil-fatt din il-ġimgħa stess, ta’ Repubblika qal li Comodini Cachia għamlet sew li ħarġet kontra Delia, f’dak li Repubblika fissret bħala bullying minn Adrian Delia fuq is-sit Lovin Malta. Adrian Delia beda jsaqsi mistoqsijiet lill-editur tal-Lovin Malta Julian Bonnici fuq rapport tas-sit li fih intqal li waqt dibattitu parlamentari wara li sar magħruf li Yorgen Fenech huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black, Delia kien f’kuntatt ma’ Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech baqa’ qatt ma ħareġ jiddefendi lil Adrian Delia, li dejjem ċaħad ir-rapport tal-Lovin Malta. Fil-fatt meta t-Tlieta filgħaxija staqsejna lil Bernard Grech dwar il-kwistjoni, huwa deher skomdu ħafna biex jitkellem dwar il-materja. Fl-aħħar jiem ukoll it-tmexxija Nazzjonalista ppruvat tagħti l-impressjoni li s-saga bejn Comodini Cachia u Delia hi każ magħluq. Dan għamlitu permezz tal-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut, li qal li l-Kap iltaqa’ maż-żewġ Deputati Nazzjonalisti. Madankollu Adrian Delia kkonferma li kull ma għamel il-Kap Bernard Grech kien li ċempillu u Delia rrimarka li b’telefonata ma tagħlaqx l-affarijiet. ADRIAN DELIA DEPUTAT NAZZJONALISTA Jiena fuq it-telephone ma tantx inħobb nagħmel konklużjonijiet għaliex ma naħsibx li b’telefonata huwa l-aħjar mod.” Mhux l-ewwel darba li l-għaqda Repubblika għorkot idejha meta telaq xi ħadd mill-partit ta’ Bernard Grech li hu tal-fazzjoni Delia. Dan għamlitu wkoll meta Roselyn Borg Knight ħabbret li rtirat il-kandidatura tagħha għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.