У нас вы можете посмотреть бесплатно TISLIMA XIERQA LILL-KARDINAL MALTI LI ĦABB LILL-KNISJA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Dalgħodu fl-istat tal-Vatikan sar il-funeral tal-Kardinal Malti Prospero Grech. Il-funeral tmexxa mill-Viċi-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali filwaqt li l-Papa Franġisku ppreseda l-aħħar parti tar-rit funebri. Il-Kardinal Malti ġie rikonoxxut għall-ħidma pastorali u l-kontribut qawwi li ta lill-Knisja Kattolika. Fil-jiem li ġejjin il-ġisem tal-Kardinal mistenni jiġi f’pajjiżna fejn anki se ssir quddiesa presente cadavere biex dawk kollha li jixtiequ jagħtuh l-aħħar tislima jmorru qabel mal-Kardinal jindifen, naraw. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT CTV / ARKIVJI Fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan sar il-funeral tal-Kardinal Malti Prospero Grech. Il-funeral tal-Kardinal Malti beda fil-ħdax u nofs ta’ filgħodu fuq l-altar tal-Kattedra ta’ San Pietru. Ir-rit funebri beda b’dak li jissejjaħ ‘Rogito’ li fi kliem sempliċi huwa dak li rreġistra l-għeluq tat-tebut f’dokument uffiċjali bħal ma jsir fil-każ ta’ kull kardinal li jmut. Imbagħad iċ-ċerimonja fil-Vatikan tmexxiet mill-Kardinal Giovanni Battista Re li huwa Viċi Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali. Fl-omelija tiegħu huwa sellem lil Kardinal Malti mwieled il-Birgu bl-isem ta’ Stanley Grech. Huwa qal li l-Kardinal Grech dejjem sab il-ħin li jwettaq il-ħidma pastorali tiegħu u l-mewt tiegħu ġiet għall-għarrieda. “Il-Kardinal Prospero Grech kien bniedem tal-Knisja u ħabb lil Alla. Sa ftit tas-sigħat qabel ma mar għand il-Mulej, kien qed jiekol fil-Komunità Agostinjana”, spjega l-Viċi-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali. Il-Qdusija tiegħu l-Papa Frangisku ppreseda l-aħħar parti tal-funeral. Intant il-Kardinal Malti li miet fl-età ta’ erbgħa u disgħin sena ftit wara li ddaħħal fl-isptar ta’ Santu Spirtu f’Ruma, ta kontribut qawwi fi ħdan il-Knisja Kattolika. Huwa kien għamilha ta' medjatur bejn il-Partit Laburista u l-Vatikan fuq il-kwistjoni tas-sitt punti ta’ Dom Mintoff. Fil-fatt fl-elf disa’ mija tlieta u sittin kienet saret laqgħa bejn Dom Mintoff u dak iż-żmien il-Patri Agostijan Prospero Grech ġewwa Ruma. Iktar tard Prospero Grech kien ressaq l-argumenti tal-Mexxej Laburista quddiem il-Vatikan. Dan kollu kien sar bħala parti mill-isforz tal-Partit Laburista biex il-kwistjonijiet bejn l-Istat u l-Knisja jissolvew darba għal dejjem. Fost is-sitt punti li Mintoff kien qed jinsisti fuqhom kien hemm dwar is-separazzjoni bejn stat u Knisja. Għall-quddiesa tal-funeral, barra l-Pirjol Ġenerali tal-Ordni Agostinjan P. Alejandro Moral Anton, il-Provinċjal tal-Provinċja Agostinjana Maltija Leslie Gatt u diversi aħwa Agostinjani u saċerdoti oħra, kien hemm ukoll l-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna, l-Amministratur tad-Djoċesi ta’ Għawdex u Pro-Segretetarju tas-Sinodu Monsinjur Mario Grech flimkien ma’ numru ta’ isqfijiet oħra. L-istat Malti kien rappreżentat mill-President ta’ Malta Dr. George Vella u s-Sinjura tiegħu Miriam Vella. Il-Gvern Malti kien rappreżentat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela u l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Istat tal-Vatikan Frank Zammit. Sadanitant il-Provinċja Agostinjana Maltija għadha għaddejja bit-tħejjijiet biex fil-jiem li ġejjin l-ġisem tal-Kardinal Grech jinġieb hawn Malta. Il-ħsieb huwa li ssirlu quddiesa presente cadevere li tagħti ċ-ċans lil dawk li jixtiequ jagħtuh l-aħħar tislima f’pajjiżna. Fi stqarrija l-ordni Agostinjana f’Malta qalet li f’dawn il-jiem rċeviet diversi messaġġi ta’ kondoljanzi fosthom mill-Qdusija tiegħu il-Papa Franġisku u mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin.