У нас вы можете посмотреть бесплатно Andrew Azzopardi on RTK103 | 1 ta' Ġunju или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
Il-programm Andrew Azzopardi on RTK103 se jiffoka fuq “il-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin”, fid-dawl ta’ dak li ġara matul din il-ġimgħa bil-bidu tal-kawżi fil-Qorti b’rabta mal-privatizzazzjoni ta’ tliet sptarijiet Maltin lil Vitals u Steward. Numru ta’ kumpaniji, imma fuq kollox politiċi attivi u oħrajn irtirati fosthom l-eks mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat u l-eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne, tressqu l-Qorti fuq reati gravi. Matul il-programm se ssir diskussjoni mal-attivista tal-Partit Laburista Mario Fava, l-avukat Alessandro Farrugia, l-espert tal-midja Roger Degiorgio u l-lettur Dr Francois Mifsud. Jipparteċipaw ukoll il-lettur Dr Andrea Dibben, l-editur tat-Times of Malta Herman Grech, l-Editur online tal-MaltaToday Karl Azzopardi u d-Deputy News Manager tal-kamra tal-aħbarijiet ta’ Newsbook Malta, Matthew Mamo. Għal dan il-programm kienu mistiedna wkoll l-avukati ta’ Joseph Muscat li qed ikun rappreżentat minn sitt avukati matul dan il-proċess. Waqt il-programm se jsiru wkoll: Intervista mal-Avukat Jason Azzopardi dwar l-inkjesta maġisterjali dwar Vitals u Steward Diskussjoni politika b’dibattitu bejn il-Ministru Owen Bonnici u x-Shadow Minister Darren Carabott Intervista mal-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija Martin Balzan Intervista ma’ Christian Pace, mill-Malta Society for the Protection and Care of Animals (MSPCA)