У нас вы можете посмотреть бесплатно JINŻAMM ARRESTAT IS-SIRJAN INVOLUT FIL-ĠLIEDA FIL-ĦAMRUN или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • U b’rabta mal-istess ġlieda li aċċenna għaliha l-Prim Ministru fl-intervent li għamel, Sirjan ta’ 30 sena inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-involviment tiegħu fil-ġlieda li nqalgħet fil-Ħamrun, il-Ħamis li għadda. Huwa ġie akkużat ukoll li ġarr sikkina jew oġġett li jaqta’ u bil-ponta mingħajr il-liċenzja neċessarja, kiser il-paċi pubblika, hedded bil-ġebel jew ħwejjeġ oħra u insulenta terzi persuni. 12-il persuna oħra mistennija jitressqu l-Qorti b’rabta mal-istess ġlieda fil-jiem li ġejjin. KITBA: NOLAN CAMILLERI FILMAT: ALEX BORG / ARKIVJI Abdullah Sheikh Ahmad, Sirjan ta’ 30 sena mill-Mosta inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li l-Ħamis li għadda darab gravi lil Ziyab Alahmad, Sirjan ta’ 37 sena b’daqqa ta’ injama fuq rasu. Il-każ seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp b’filmati tal-argument tal-ġlieda fil-Ħamrun jinxterdu fuq il-midja. L-imputat ġie arrestat mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun flimkien ma’ Sirjan ieħor ta’ 35 sena residenti l-Marsa li allegatament darab ħafif Sirjan ta’ 23 sena b’arma li taqta’ u bil-ponta. Is-Sirjan ta’ 30 sena ġie akkużat ukoll li ġarr sikkina jew oġġett li jaqta’ u bil-ponta mingħajr il-liċenzja neċessarja, kiser il-paċi pubblika, hedded bil-ġebel jew ħwejjeġ oħra u insulenta terzi persuni. Huwa naqas ukoll milli jobdi l-ordnijiet mogħtija lilu mill-Pulizija u li kien parteċipi f’attività bis-sehem ta’ persuni oħra bil-ħsieb li jwettqu reat. Il-validità tal-arrest ma kinitx ikkontestata. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Spiteri qalet li Ahmad ma nstabx fid-dar u għalhekk inħareġ mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu. Madankollu huwa ta ruħu b’idejh wara li mar l-għassa flimkien mal-Avukat difensur tiegħu. L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Prosekuzzjoni talbet biex tinstema’ x-xhieda tal-allegat vittma, Ziyab Alahmad minħabba li l-istess xhud ser iħalli pajjiżna fil-jiem li ġejjin u mhux se jkun dispost li jixhed. Huwa deher fil-Qorti bi stikka fuq għajnu l-leminija u deher li kellu għajnejh imbenġla. Id-Difiża ma oġġezzjonatx għal din ix-xhieda. Alahmad xehed li l-Ħadd ta’ qabel, huwa ħareġ għall-barbeque u meta mar lura d-dar sab kollox imqalleb u fost l-oħrajn insterqu l-mobile tat-tifla u xi flus mid-dar. Huwa qal li sar jaf dan minn filmati ta’ kameras ta’ sigurtà li ra huwa stess mingħand terzi persuni. Huwa qal ukoll li ntqal lilu biex imur il-Ħamrun, mill-kuġin tal-imputat, li huwa wkoll ħaddiem fil-ħanut tal-imputat, ħalli jitkellmu. Skont l-allegat vittma kien hawnhekk li l-imputat wasal fuq il-post bil-vann minn fejn ħarġu erba’ persuni u bdew isawwtuh. Hemmhekk, beda l-argument fejn intużaw injam u xi skieken mill-ħanut tal-imputat kif ukoll mus li kien fuq l-imputat. Id-difiża għamlet il-kontro-eżami tagħha. Id-Difiża qalet li fl-argument ġarrab ġrieħi ħfief Surġent tal-Pulizija u dak li allegatament daħal jisraq id-dar tal-allegat vittma, jiġifieri l-kuġin tal-imputat. Id-Difiża argumentat ukoll li hemm filmati differenti tal-argument filwaqt li avżat lix-xhud bil-konsegwenzi ta’ teħid ta’ ġurament falz. L-allegat vittma qal li hu ma marx fuq il-post bl-intenzjoni biex jiġġieled. Fil-Qorti nstema’ kif kien hemm diversi persuni preżenti fil-Pjazza qabel beda l-argument. Alahmad ammetta li m’għamilx rapport il-Pulizija għaliex xtaq li jsolvi l-affarijiet bil-kelma t-tajba meta mar fil-post fejn jaħdem l-imputat u sak li serqu. L-allegat vittma qal li n-nies li kien hemm preżenti qabdu u marru biex jferrqu l-argument li kien inqala’. Id-Difiża għamlet talba għall-libertà proviżorja ta’ Abdullah Sheikh Ahmad. Din argumentat li l-imputat ilu hawn Malta għal disa’ snin u qatt ma xellef difrejgħ mal-ġustizzja. Id-Difiża madankollu żiedet tgħid li għad fadal aktar persuni x’jitressqu quddiem il-Qorti. Dan filwaqt, li se jixhdu aktar persuni, inkluż s-Surġent li kien ferut ħafif biex tkun ikkoraborata x-xhieda li ta aktar kmieni l-allegat vittma. Id-Difiża qalet li l-imputat aġixxa biex jiddefendi ruħu u huwa persuna eżemplari. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba. Id-Difiża argumentat wkoll li f’dan il-każ ma kienx hemm attentat ta’ qtil u li l-imputat tressaq b’arrest u mhux b’ċitazzjoni, kif normali jsir, minħabba li l-allegat vittma dalwaqt iħalli Malta. Għaldaqstant, il-Qorti wara li semgħet it-trattazzjoni tad-Difiża u l-Prosekuzzjoni ddeċidiet li tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-biża’ ta’ intralċ tal-provi. B’hekk l-imputat baqa’ jinżamm arrestat. Il-quddiem, apparti sirjan ieħor li se jitressaq il-Ħadd, se jitressqu ħdax-il persuna oħra b’ċitazzjoni b’rabta ma’ dan l-argument. Huma se jkunu mixlija bi ksur ta’ paċi pubblika u li ma obdewx l-ordnijiet tal-Pulizija.