У нас вы можете посмотреть бесплатно IL-PN BLA COSTINGS LANQAS FUQ IL-PROPOSTI GĦAL GĦAWDEX или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Erbat ijiem qabel il-poplu jagħżel fl-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu, il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech baqa’ bla costings anki għall-proposti tal-gżira Għawdxija. Dan ħareġ biċ-ċar meta Chris Said kien mistoqsi fuq il-wegħdiet u l-costings tagħhom. KITBA: STEFAN BAJADA FILMAT: PBS / ARKIVJI Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech għadu bla costings anki fuq proposti għal Għawdex. Dan ħareġ biċ-ċar f’dibattitu politiku fuq TVAM meta d-Deputat u Kandidat Nazzjonalista fuq it-tlettax il-distrett Chris Said, ħawwad u ma kienx jaf dwar kemm se jiswew il-wegħdiet li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista għall-gżira Għawdxija. Christian Zammit: “Għamiltuhom il-costings? Hemm konfużjoni sħiħa fuq il-costings.” Chris Said: “Daqs kemm għamiltuhom inthom il-costings, issa nitkellmu dwar il-costings.” Evidentament skomdu quddiem il-fatt li r-rata ta’ tkabbir tal-ekonomija f’Għawdex tiżboq dik f’Malta, Said baqa’ negattiv. Chris Said: “F’disa’ snin ma għamiltu assolutament xejn.” Min-naħa tiegħu, il-Kandidat Laburista Christian Zammit qal li n-nies jafu kif dak li l-Partit Laburista qed jipproponi se jwettqu. Christian Zammit: “Il-Partit Laburista għandu track reckord ta’ suċċess f’Għawdex f’dawn l-aħħar disa’ snin, rajna tkabbir ekonomiku bla preċident u llum il-qgħad f’Għawdex hija prattikament ineżistenti, ix-xogħol f’Għawdex jiġri wara l-Għawdxin, b’differenza minn disa’ snin ilu fejn kellek problemi kbar fejn jidħol ix-xogħol għax kellek rata ta’ qgħad allarmanti u llum għall-Għawdxin Gvern Laburista jfisser serħan il-moħħ u għaldaqstant naħseb illi se jerġgħu jikkonkorru bis-saħħa wara l-Partit Laburista biex jikkonfermawh ħalli jkollhom futur sabiħ u fis-sod.”