У нас вы можете посмотреть бесплатно MANUEL DELIA KONTRA L-MIŻURA TA’ TRASPORT PUBBLIKU B’XEJN или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • U nibqgħu fuq it-tema tat-trasport. L-eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt u l-moħħ ewlieni wara d-diżastru tal-Arriva, Manuel Delia ħareġ kontra l-miżura tal-Gvern ta’ trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd. F’artiklu ta’ aktar minn seba mitt kelma huwa jsostni kif b’din il-miżura, il-Gvern se jkun qed jaħraq il-flus. Dan minkejja li persuni li ta’ kuljum jużaw it-trasport pubbliku se jibqalhom tliet mitt ewro fil-bwiet tagħhom fis-sena. KITBA: SAMUEL LUCAS FILMAT: ARKIVJI L-eks Chief of Staff tal-Ministru Nazzjonalista Austin Gatt kiteb kontra l-miżura tal-Gvern fil-Budget għall-2022 ta’ trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd. Dan ħareġ biċ-ċar fi blog li kiteb b’reazzjoni għal din il-miżura jum biss wara li tħabbar il-Budget mill-Ministru Clyde Caruana. Huwa ddeskriva din il-miżura li se tkun qed tiffranka mat-€300 mill-bwiet tal-Maltin li jużaw it-Trasport pubbliku kuljum, bħala eżerċizzju ta’ propaganda. Mhux talli hekk, talli qal li b’din il-miżura l-Gvern ikun qed jaħraq €20 miljun. Manuel Delia kien il-moħħ ewlieni wara l-proġett tal-Arriva li falla sa mill-ewwel jum. Dan hekk eluf ta’ passiġġiera li regolarment kienu jagħmlu użu minn dan is-servizz tħallew sigħat sħaħ jistennew karozzi tal-linja li ħafna drabi ma tfaċċaw qatt. Saħansitra d-diżastru tal-Arriva kien wassal għal żufjett fil-konfront ta’ pajjiżna minn mexxejja internazzjonali fosthom Boris Johnson li dak iż-żmien bħala Sindku ta’ Londra, kien ddieħaq bil-bendy busses f’pajjiżna għal mod ta’ kif kienu qed iwaħħlu t-toroq Maltin. Kien saħaq li l-bendy buses wikkihom lil Malta.