У нас вы можете посмотреть бесплатно L-AĦWA DEGIORGIO QALULU LI MAR IPARLA D-DEPOT или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Illum kompliet tinstema’ x-xhieda ta’ Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu, fil-kumpilazzjoni tal-aħwa Degiorgio, mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-aħbarijiet mill-Qorti f’dan is-servizz. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: DARREN PARNIS / CMRU / ARKIVJI L-aħwa George u Alfred Degiorgio, flimkien ma’ Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu ma setgħux jemmnu li ġew arrestati b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan intqal minn Vince Muscat, il-Koħħu waqt li kompla l-kontro-eżami fil-Qorti, hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tal-aħwa Degiorgio, b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia. Fil-Qorti ntqal kif l-aħwa Degiorgio kienu b’saħħithom ħafna u ma stennewx li se jkunu arrestati. Tul ix-xhieda tiegħu, il-Koħħu qal kif jumejn wara li huwa tkellem mal-pulizija fil-ħabs, l-aħwa Degiorgio kienu jafu b’dak li qal il-Koħħu lill-Pulizija. Irrakkonta kif darba minnhom fil-ħabs, waqt li l-aħwa Degiorgio u hu kienu qed jistennew lill-Avukat tagħhom, qalulu li hu mar iparla d-depot. Vince Muscat ikkoferma wkoll li ċ-Ċiniż u l-Fulu qalulu b’dak li qal huwa lill-pulizija. Il-Koħħu saħaq li huwa kien jaf li l-aħwa Degiorgio kienu jafu li se jkunu arrestati f’Diċembru tal-2017, bl-informazzjoni bdiet tasal mingħand l-eks Assistent Kummissarju Silvio Valletta, fejn imbagħad tasal għand Chris Cardona, li beda jgħid lil Alfred Degiorgio. Il-Koħħu fix-xhieda tiegħu semma kif l-aħwa Degiorgio flimkien mal-Avukat tagħhom qal kif kienu se jibgħatu ittra lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Intqal ukoll kif l-aħwa Degiorgio kellhom ftehim li joħorġu bil-libertà proviżorja. MIXLI B’PUSSESS TA’ DROGA Fredrick Dalli ta’ 38 sena mill-Marsa nżamm arrestat wara li ċaħad li kellu fil-pussess tiegħu ammont kbir ta’ droga. Il-Prosekuzzjoni qalet kif il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, flimkien mar-Rapid Intervention Unit arrestat l-imputat hekk kif allegatement instabu fuqu madwar sebgħin qartas droga suspettata kokaina u tmint iqratas suspettata droga eroina. Dalli tressaq il-Qorti mixli li kkommetta dawn ir-reati f’distanza ta’ mitt metru minn skola. Barra minn hekk, Dalli ġie akkużat ukoll li kiser il-ħames kundizzjonijiet tal-liberta provizorja imposti fuqu bejn Marzu ta’ sentejn ilu u Marzu ta’ din is-sena. Id-Difiża mmexxija mill-Avukati Mario Mifsud u Amanda Spiteri Grech ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat. JINĦELES MINN AKKUŻI TA’ SERQ TA’ PRODOTTI TAL-IKEL George Lanzon ta’ tnejn u ħamsin sena mill-Mosta inħeles minn kull akkuża miġjuba kontrih. Huwa kien mixli li fl-elfejn u ħmistax kien involut f’serq ta’ diversi prodotti tal-ikel, liema prodotti jammontaw għal aktar minn elfejn u tliet mitt ewro kif ukoll li kellu fil-pussess tiegħu diversi prodotti tal-ikel misruqa. Intqal li s-serq ġie nnutat wara li l-ħanut minn fejn allegatament insterqu l-prodotti nnota diskrepanzi sostanzjali fil-kontijiet. Għal Lanzon dehru l-Avukati Dr Dean Hili u Dr Veronique Dalli.