У нас вы можете посмотреть бесплатно FLORIANA INKURUNATI ĊAMPJINS или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Floriana FC ġew inkurunati ċampjins tal-kampjonat Malti wara deċiżjoni tal-kunsill tal-MFA. Il-kampjonat Malti waqaf ħesrem minħabba l-imxija. Ilbieraħ filgħaxija saru ċelebrazzjonijiet spontanji li ġabu l-kundanna ta’ bosta wara li kienu bosta oħrajn li qed jieħdu l-prekawzjonijiet kontra t-tixrid tal-Coronavirus. Fil-fatt il-pulizija intervjeniet fi ftit ħin fuq il-fosos tal-Furjana. Intant id-deċiżjoni tal-MFA ġabet il-kundanna ta’ Valletta FC fejn il-President tal-klabb talab għar-riżenja ta’ fost oħrajn tal-President tal-MFA Bjorn Vassallo u sejjaħ dak li ġara lbieraħ bħala ħniżrijiet. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT CHRIST BORG / ARKIVJI Dan kien il-mument li saret magħrufa d-deċiżjoni, deċiżjoni li kien hemm stennija għaliha u b’hekk Floriana ġew inkurunati ċampjins għas-sitta u għoxrin darba wara nuqqas ta’ sebgħa u għoxrin sena ma jirbħu l-kampjonat Malti. Min fuq ix-xwiek fuq il-mobile u min jiġri fuq il-fosos, iċ-ċelebrazzjonijiet kienu spontanji iżda daqstant ieħor kienu kontra kull parir tal-awtoritajiet tas-saħħa li dejjem sostnew biex tinżamm id-distanza. Fil-fatt il-pulizija tar-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett intervjenew wara li nġabru n-neis f’ġemgħat t’aktar minn sitt persuni. Intant Floriana ġew dikjarati rebbieħa tal-kampjonat Premier wara li l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA ddeċieda b’vot elettroniku li kull tim li kien fl-ewwel post ta’ kull kampjonat, għandu jiġi dikjarat ċampjins wara li f’Marzu li għadda waqaf ħesrem il-futbol minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Floriana għamlu staġun sħiħ fuq quddiem tal-klassifika u spiċċaw il-kampjonat meta twaqqaf, tliet punti fuq ir-rivali Valletta. SUPPORTERS “Ħadna dak li xtaqna u li kien ġust għalina wara staġun dejjem l-ewwel.” “Bħala eks plejer ta’ Floriana kuntent ħafna. Naħseb dis-sena kien jimmeritana li nieħdu l-league, konna konsistenti mill-bidu sakemm spiċċa l-league.” Il-klabb Furjaniż iddikjara li saret ġustizzja sportiva. DIONE BORG SEGRETARJU ĠENERALI TA’ FLORIANA FC “Sodisfatti ħafna li rnexxielna nieħdu dan il-kampjonat. Kien kampjonat diffiċli imma nemmnu li verament illum saret ġustizzja sportiva kbira.” Il-captain tat-tim saħaq magħna li t-tim issa qed iħares ‘il quddiem għal sfidi oħra. JURGEN PISANI CAPTAIN TA’ FLORIANA FC “Kont naf li dan il-mument jista’ jasal u din is-sena jekk il-bambin irid wasal. Issa naħdmu għat-tragwardi li jmiss ta’ dan il-klabb. B’dan il-vot fil-kunsill magħmul fost l-oħrajn mir-rappreżentanti tal-klabbs tal-futbol, Żejtun Corinthians rebħu l-kampjonat tal-ewwel Diviżjoni u l-Marsa rebħu dak tat-tieni Diviżjoni. Fil-kunsill ittieħdu diversi voti fosthom dwar ir-relegazzjoni ta’ timijiet. Tarxien Rainbows, l-uniku klabb li kien diġà matematikament relegat qabel l-istaġun twaqqaf ħesrem minħabba l-Coronavirus, ġie dikjarat li se jżomm postu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. Fil-fatt 45 membru fil-Kunsill tal-MFA kienu favur li l-ebda tim ma jiġi relegat filwaqt li tmintax-il membri ivvuttaw kontra. Kien hemm ukoll 11-il vot t’astensjoni. Żejtun Corinthians u Lija Athletic ġew promossi għall-Kampjonat Premier. Mit-tieni diviżjoni Marsa, Marsaxlokk u San Ġwann ġew promossi għall-ewwel diviżjoni. Intant il-President tal-klabb tal-futbol ta’ Valletta Victor Sciriha ddikjara li jekk is-sena d-dieħla Valletta FC se jieħdu xi unur ma jridux li dan jirċevuh minn idejn il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti, l-MFA, Bjorn Vassallo. Is-Sur Sciriha sejjaħ għar-riżenja tal-ogħla uffiċjali tal-MFA, fosthom tal-President Bjorn Vassallo. Spjega kif ma kienx hemm bżonn vot għaliex hawn bosta timijiet li m’għandhomx simpatija mat-tim tal-Belt. Victor Sciriha qal lil ONE News li b’dawn l-aħħar żviluppi huwa se jibqa’ President tal-klabb anki jekk ftit ilu kien iddikjara li dan kien l-aħħar staġun tiegħu. VICTOR SCIRIHA PRESIDENT TA’ VALLETTA FC “Sakemm l-affarijiet jirranġaw ruħhom, iva, nibqa’ hemm għax jiena dawn l-inġustizzji m’huma sbieħ għall-ebda tim".