У нас вы можете посмотреть бесплатно SKEMA GĦAR-RESTAWR TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Jekk għandek xi firilla, bimbu, luzzu jew kajjikk fost oħrajn, mela tista’ ttihom dawra tajba u jgħinek id-Dipartiment tas-Sajd. Is-sajjieda Maltin u Għawdxin li jużaw bastimenti tradizzjonali għax-xogħol tagħhom ser ikunu ntitolati għal għajnuna mill-Gvern sabiex jagħmlu l-manutenzjoni meħtieġa lil dawn id-dgħajjes. KITBA: COLIN DEGUARA FILMAT: MAFA Permezz ta’ skema għar-restawr tal-bastimenti, is-sajjieda Maltin u Għawdxin ser ikunu qed igawdu minn massimu ta’ €2,700 f’fondi nazzjonali biex jagħmlu manutenzjoni professjonali tal-bastimenti tradizzjonali tas-Sajd. Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Sajd intqal kif is-sena li għaddiet gawdew 90 sajjied minn investiment ta’ iktar minn €100,000. Din is-sena huma eliġibbli għal din l-iskema 247 bastiment li huma kollha tal-injam u maħduma qabel l-2007. Dawn jinkludu l-luzzu, il-kajjik, il-firilla, il-frejgatina u l-bimbu. Il-Ministru Anton Refalo stqarr kif din l-iskema ser tiggarantixxi li dawn il-bastimenti tradizzjonali Maltin nibqgħu narawhom jagħmlu parti mill-flotta ta’ bastimenti tas-sajd f’pajjiżna. ANTON REFALO MINISTRU “Is-settur tas-Sajd għandu aspett tradizzjonali qawwi u l-viżjoni ta’ dan il-Gvern hija li nħarsu dan l-aspett tradizzjonali. Id-Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd, Dr Alicia Said stqarret kif din l-iskema ser tkun ta’ għajnuna kbira għas-sajjieda. ALICIA SAID DIRETTUR TAD-DIPARTIMENT TAS-SAJD “ Din l-għajnuna li ser inkunu qed nagħtu lis-sajjieda ser inkunu anke qed nagħtuhom serħan il-moħħ b’dan il-mod sabiex ikunu jistgħu ikopru l-ispejjeż fejn jidħol l-injam, żebgħa, u dak kollu li għandu x’jaqsam mar-restawr ta’ dawn id-dgħajjes.” L-applikazzjonijiet għal din l-iskema huma mistennija jiftħu f’April biex sa Novembru d-Dipartiment jibda jirċievi l-irċevuti fiskali tan-nefqa li tkun saret f’manutenzjoni.