У нас вы можете посмотреть бесплатно JITTELLA’ L-PELLEGRINAĠĠ B’SAN GEJTANU F’RUMA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Ilbieraħ intlaħaq il-qofol taż-żjara tal-istatwa ta’ San Gejtanu fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma, dan hekk kif ittella’ pellegrinaġġ fit-toroq tal-Vatikan. Fis-servizz li jmiss se nkunu qegħdin insegwu filmati ta’ din iż-żjara li se tibqa’ mnaqqxa fl-istorja taż-żewġ baned Ħamruniżi. KITBA: NOLAN CAMILLERI FILMAT: EMOTIVE Is-Sibt ittella’ l-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ San Gejtanu tal-Ħamrun mill-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Filmati li kiseb dan l-istazzjon juri l-ġurnata li se tibqa’ mnaqqxa fil-memorja ta’ dawk kollha preżenti b’mod partikolari d-delegazzjoni Ħamruniża li telgħet f’Ruma takkumpanja l-istatwa. Fost dawn preżenti għall-pellegrinaġġ kien hemm is-Sindku tal-Ħamrun Christian Sammut li ngħaqad mar-rappreżentanti taż-żewġ baned. Wara l-pellegrinaġġ segwiet funzjoni fil-Bażilika ta’ San Pietru animata minn orkestra. Kien hawn li dawk preżenti kellhom l-opportunità li jsellmu lill-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku. Fil-fatt il-Papa deher ukoll jagħti qima lill-istatwa ta’ San Gejtanu. Barra l-Bażilika, ż-żewġ baned ukoll ingħaqdu biex daqqew għadd ta’ marċi fit-toroq prinċipali tal-Vatikan.