У нас вы можете посмотреть бесплатно L-EWWEL BIJOGRAFIJA XJENTIFIKA DWAR IL-PERIT DUMINKU MINTOFF или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Mill-ġimgħa d-dieħla, minn fuq is-sit tal-SKS, tista’ tikseb il-bijografika xjentifika ta’ Mintoff mill-pinna ta’ Patri Mark Montebello għal prezz ridott. Din il-bijografija imbagħad se tibda tinbiegħ mill-ħwienet tal-kotba mill-bidu tax-xahar id-dieħel. Insegwu. KITBA: NOLAN CAMILLERI FILMAT: DARREN PARNIS / ARKIVJI Patri Mark Montebello għadu kif nieda l-bijografija xjentifika bit-titlu The Tail that Wagged the Dog: The life and struggles of Dom Mintoff dwar l-eks-Prim Ministru u Mexxej Laburista, il-Perit Duminku Mintoff. Il-bijografija ta’ madwar sitt mitt paġna, hija l-ewwel tax-xorta tagħha dwar il-Perit Mintoff u tagħti ħarsa fid-dettal tal-ħajja ta’ dan il-ġgant fil-politika. Din il-bijografija ma tieqfax biss mal-aspett politiku fil-ħajja tal-Perit Mintoff iżda tidħol ukoll fil-ħajja personali li mhux daqstant hija magħrufa. SOT 1 – MARK MONTEBELLO (12 secs) AWTUR TAL-BIJOGRAFIJA “Ħafna nies jafu ħafna affarijiet fuq il-Perit Mintoff, imma ma daħlux la fil-fond u lanqas ma jaraw il-ħajja tiegħu fil-firxa kbira tagħha, dan qed nitkellmu fuq mitt sena.” Il-bijografija li bdiet tiġi riċerkata lura fl-2013 saret kollha minn sorsi primarji fosthom intervisti mal-qraba ta’ Duminku Mintoff. L-awtur Mark Montebello innota l-fatt li l-ħajja fil-politika tal-Perit Mintoff seħħet tul il-Gwerra Bierda kollha. Dan il-fatt jagħmel il-karriera politika tiegħu aktar interessanti fi żmien ta’ turbulenzi politiċi internazzjonali. MARK MONTEBELLO AWTUR TAL-BIJOGRAFIJA “Dan huwa żmien interessanti, għanndek persuna kumplessa ħafna u interessanti ħafna biex tidħol fil-moħħ tagħha fi żmien tant kumpless, tant kumplikat u f’Malta li qeda titwieled mill-ġdid fl-istat modern tagħha.” Id-Direttur Eżekuttiv tal-pubblikaturi SKS Joe Borg innnota kif lura fl-2012 Patri Montebello kien magħżul minn għadd ta’ kandidati għal kitba ta’ din il-bijografija. Qal ukoll li Montebello kellu aċċess għall-arkivji u dokumenti interni tal-Partit Laburista. Il-bijografija tista’ tinkiseb mis sit ta’ SKS jew mill-ħwienet tal-kotba mill-bidu ta’ Lulju.