У нас вы можете посмотреть бесплатно TINTEMM EDIZZJONI OĦRA TA’ ŻEJT IŻ-ŻEJTUN или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Il-Ħadd filgħodu ġiet fi tmiemha l-edizzjoni tal-attività' ta’ din is-sena ta’ Żejt iż-Żejtun li għal darb’oħra kienet ta’ suċċess. KITBA: ANTON FALZON FILMAT: JOSEPH MIFSUD Biswit il-Knisja l-Antika ta’ Santa Katarina magħrufa bħala ta’ San Girgor, l-Ħadd filgħodu għall-okkażjoni ta’ Żejt iż-Żejtun sar it-Tberik tal-Annimali fejn spikkaw it-tradizzjonijiet u l-użanzi ta’ pajjiżna fost oħrajn. Is-sindku taż-Żejtun, Joan Aguis flimkien mal-Arċiprit taż-Żejtun Monsinjur Anton Galea Scannura, il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Alicia Buġeja Said ppreżentaw lill-parteċipanti tifkira għall-okkażżjoni. JOAN AGIUS SINDKU TAŻ-ŻEJTUN “Illum qed inkomplu nagħmlu suċċess ieħor, ħafna bhejjem għat-tberik u Ġnien San Girgorg hemm il-wirja tal-mogħoż u nagħaġ, inkomplu nkabbru l-kulturi f’kull lokalità.” Spikka wkoll it-taħlib tal-mogħoż u n-nagħaġ fejn din is-sena għall-ewwel darba ttelgħet ukoll wirja ta’ annimali indiġeni Maltin li ingħataw diversi premjijiet. DARYL GRECH FUNDATUR BREED OF ORIGIN CONSERVENCY “Illum għandna l-ewwel edizzjoni tal-wirja dedikta speċjalment għall-bhejjem indiġeni Maltin. Għandna l-mogħoż u nagħaġ u servejna ta’ pjattaforma biex nesponu l-wirt Malti.” Laqtuna dawn il-mudelli ta’ għadd ta’ annimali magħmula bl-idejn minn wieħed mill-esibituri. CHARLES CARUANA JAGĦMEL MUDELLI BL-IDEJN “Skont il-muża tal-persuna. Dan huwa xogħol tal-ġips, maħdum bit-tafal l-ewwel. Iż-żebgħa ttih ċans jinxef u ttih il-kulur.”