У нас вы можете посмотреть бесплатно L-ISLA TIRBAĦ IR-REGATTA TA’ JUM IL-ĦELSIEN или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • L-Isla rebħet ir-regatta ta’ Jum il-Ħelsien. Ir-rebħa ġiet aċċertata matematikament wara t-tmien tellieqa u r-raba’ waħda tal-Kategorija Open, qabel l-aħħar tellieqa ta’ din il-kategorija. L-Isla kisbet 74 punt, warajha fit-tieni post ġiet Bormla b’40 punt u fit-tielet post ġie l-Marsa bi 28 punt. Dan filwaqt li l-Birgu ġab 20 punt u l-Kalkara ġabet erba’ punti. Tkellimna mas-Segretarju tar-Regatta tal-Isla Omar Vella. OMAR VELLA SEGRETARJU TAR-REGATTA TAL-ISLA “Bla dubju kull rebħa fiha sinifikat, kull rebħa ma tkunx possibli mingħajr xhur kbar ta’ sagrifiċċju u ħidma kontinwa bla waqfien. Meta l-ħidma tissarraf f’riżultat sodisfaċenti, dak ikun l-ikbar sodisfazzjon tal-ħidma kollha li tkun wettaqt.” Id-distrett ta’ Bormla rebaħ Kategorija B, b’total ta’ 50 punt. Fit-tieni post f’Kategorija B ġew il-Kalkara bi 48 punt u fit-tielet post ġew l-Isla bi 42 punt. Il-Birgu u Birżebbuġa ġabu 16-il punt rispettivament. Intant, it-tellieqa tan-nisa ntrebħet mill-Birgu.