У нас вы можете посмотреть бесплатно JIFFIRMA L-KTIEB TAL-KONDOLJANZI TA’ GOUDER или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Illum waranofsinhar, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia u l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, iffirmaw il-ktieb tal-kondoljanzi b’rabta mal-mewt ta’ Karl Gouder. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: DORIAN BORG Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ffirma l-ktieb tal-kondoljanzi fid-Dar Ċentrali b’rabta mal-mewt tal-eks Deputat Nazzjonalista Karl Gouder. Il-Ħamis waranofsinhar, il-Prim Ministru kien akkumpanjat minn martu Lydia u membri mill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, fosthom id-Deputati Mexxejja attwali Chris Fearne u Daniel Micallef, il-President Ramona Attard, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Leonid McKay u s-Segretarju tal-Eżekuttiv Catherine Fenech. Karl Gouder, li kien jokkupa l-kariga ta’ Kap Uffiċjal tal-Operazzjonijiet tal-Midja tal-Partit Nazzjonalista, ħalla din id-dinja fl-età ta’ 45 sena, nhar it-Tlieta li għadda. Id-delegazzjoni mill-Partit Laburista ġiet milqugħa mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, il-Viċi Kap Nazzjonalista, Alex Perici Calascione, u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino. Sadanittant, tħabbar li l-aħħar tislima lil Karl Gouder se tingħata nhar is-Sibt li ġej fil-ħdax ta’ filgħodu fil-Knisja ta’ San Ġiljan, minn fejn kien joriġina.