У нас вы можете посмотреть бесплатно Frank Zammit (2023) | Intervisti mal-Awturi | Intervistat minn Adrian Grima или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
Nhar it-Tlieta, 23 ta' Mejju 2023, fis-6.00pm, fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti, fl-Università ta' Malta, Tal-Qroqq, Frank Zammit, minn Sydney, tkellem fuq il-poeżija tiegħu u fuq il-letteratura Maltija fl-Awstralja. L-awtur ġie intervistat minn Adrian Grima, li jgħallem il-letteratura Maltija fid-Dipartiment tal-Malti tal-Università. Waqt li kien Malta, Zammit ħareġ ktieb ġdid tal-poeżiji, Mill-Bir ta' Qalbi (2023), bi studju ta' Dr Patrick Sammut, li jiżdied ma' għadd ġmielu ta' kotba li ppubblika Malta u l-Awstralja. Din l-attività pubblika organizzaha d-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Fakultà tal-Arti. FRANK ZAMMIT twieled il-Belt Victoria, Għawdex fis-27 ta' Jannar 1944 u trabba I-Marsa. Ta' għoxrin sena emigra lejn I-Awstralja fejn iżżewweġ u kellu tlett itfal. FI-1981 reġa’ lura Malta bil-familja biex ta l-opportunità lil uliedu li jgawdu wkoll il-kumplament tal-familja u li jifhmu aħjar il-kultura Maltija, sakemm fl-1984 irritorna Sydney bil-familja. Studja fis-Seminarju Arċiveskovili tal-Furjana, il-Liceo tal-Ħamrun, u Southampton, l-Ingilterra. FI-Awstralja għamel korsijiet terzjarji tal-accountancy, il-liġi kummerċjali, l-informatika, ix-xandir, u l-ġurnaliżmu f'diversi kulleġġi Awstraljani u fl-iSpecial Broadcasting Services (SBS) Sydney. L-Awstralja kien wieħed mill-pijunieri tat-tagħlim tal-Malti. Ħadem bħala computer programmer u systems analyst, accountant, investment manager, u traduttur u interpretu part-time mal-gvern u mal-privat f’bosta oqsma. Għal ħafna snin kien parti mit-tim ta’ xandara tar-Radju SBS ta’ Sydney. Fl-isfera letterarja, Zammit kien u għadu attiv fl-għaqdiet letterarji f’Malta u l-Awstralja. Il-poeżiji tiegħu dehru f’għadd ta’ kotba: Bejn Żewġ Gżiriet (1995), II-Ballata tal-Maltin ta’ New Caledonia (1988), Il-Quddiesa bil-Għana Malti (1990), It-Triq Imqaddsa (1990), Valentin V. Barbara 70 Sena (koawtur, 1990), The Self and Beyond It, traduzzjoni ta’ ll-Jien u Lil Hinn Minnu ta’ Dun Karm (1997), Qwiel minn Fomm l-Imġarrab, poeżiji fuq stil ħajku (2010), u Mixjieti fi Triqatek (2013). Zammit huwa wkoll koawtur f’għadd ta’ antoloġiji li ħarġu fl-Awstralja u Malta, fosthom Trifolju ta’ Lwien (2014). Huwa jemmen li I-element ewlieni tal-identità Maltija huwa I-ilsien Malti. Frank Zammit għadu jaħdem f’diversi oqsma kulturali u soċjali fost il-Maltin fi New South Wales.