У нас вы можете посмотреть бесплатно JINŻAMMU ARRESTATI WARA LI ĠEW ARRESTATI F’REJD F’RAĦAL ĠDID или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Dean Martin u Melvyn Debono inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti b’akkużi relatati mas-sejba tad-droga fir-rejd tal-bieraħ. Debono qed jaffaċċja wkoll akkużi relatati ma’ ħasil ta’ flus. Id-dettalji. KITBA: ONE NEWS FILMAT: ONE NEWS Dean Martin ta’ erbgħin sena u Melvin Debono ta’ 29 sena tressqu l-Qorti b’rabta ma’ sejba ta’ droga f’rejd li sar mill-pulizija s-Sibt f’Raħal Ġdid. Fir-rejd fuq propjetà ta’ Melvin Debono allegatament instabu sustanzi suspettati kokaina u ħaxixa, madwar mitt elf ewro f’deheb u ġojjelli, u madwar tmienja u sebgħin elf ewro flus kontanti. Il-pulizija kkonfiskat ukoll Range Rover Sports u Mercedes E63, li l-valur tagħhom jammonta għal madwar mitejn u ħamsin elf ewro. Fil-garaxx propjetá ta’ Dean Martin allegatament instabu madwar 3 kilogrammi u nofs sustanza suspetatta kokaina, li l-valur tagħha jaħħaq it-tliet mija u ħamsin elf ewro. Dean Martin li joqgħod il-Ħamrun wieġeb mhux ħati, u l-prosekuzzjoni għamlet talba għal ordni ta’ sekwestru fuq il-propjeta kollha tal-akkużat, liema talba intlaqgħet mill-Qorti. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest u stqarret li ladarba hemm l-ordni ta’ sekwestru fuq il-propjetá m’hemmx periklu li ser jagħmel tranżazzjonijiet. Stqarret ukoll li hu jieħu ħsieb lil ommu li għandha diżabbilitá. Il-prosekuzzjoni stqarret li hemm ukoll xhieda pajżana li fadlilhom jixhdu. Huwa stqarr li l-imputat kien diġa ingħata l-ħelsien mill-arrest mill-Qorti u kien akkużat b’reat simili. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest wara li qieset in-natura gravi tar-reati li qed ikun akkużat bihom u ħadet kont ukoll tal-fedina penali tiegħu. Stqarret li teżisti biża reali li jkun hemm intralċ tal-provi jekk l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest u għalhekk mhux konvinta mill-affidabilitá tal-akkużat. Melvin Debono li joqgħod Raħal Ġdid u li qal li jbiegħ il-karozzi wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni għas-sekwestru tal-propjetá kollha tal-imputat. Debono qed jaffaċja wkoll akkużi relatati ma’ ħasil ta’ flus. Id-difiża immexija mill-avukat Franco Debono talbet il-ħelsien mill-arrest u għamlet referenza għal żewġ sentenzi oħra tal-Qorti biex tiġġustifika din it-talba. Il-prosekuzzjoni wieġbet li x-xhieda pajżana fil-każ imsemmi mid-difiża ma setgħux jixhdu minħabba l-biża li jinkriminaw lilhom infushom u għalhekk ma kienx hemm biża ta’ intralċ tal-provi. Il-prosekuzzjoni stqarret li l-inkjesta infetħet il-bieraħ stess u għalhekk għadha qed tinġabar l-evidenza u hemm xhieda pajżana wkoll f’dan il-każ li fadlilhom jixhdu. Il-Qorti qieset li s-sentenza msemmija mid-difiża jitrattaw ċirkostanzi differenti u ħadet kont tan-natura gravi tar-reati li bihom qed ikun akkużat l-imputat. Qieset ukoll il-fedina penali kkulurita tal-akkużat u li għad fadal xhieda pajżana x’jihdu. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.