У нас вы можете посмотреть бесплатно BERNARD GRECH JITLEF IL-KONTROLL TIEGĦU NNIFSU или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • U fil-Padiljun ta’ Kordin, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien isteriku ħafna u f’diskors twil ta’ siegħa tilef il-kontroll. Spiċċa jsostni li mhux se jgħid kollox lill-elettorat. KITBA: COLIN DEGUARA FILMAT: CHRIST BORG Bernard Grech spiċċa jgħid lill-elettorat li jekk irid ikun jaf id-dettalji dwar il-wegħdiet tiegħu, l-ewwel irid jagħtih il-fiduċja. Dan f’diskors isteriku, diviżiv u li fih Bernard Grech tilef il-kontroll tiegħu nnifsu għal kollox. F’diskorsu huwa spiċċa jgħid li mhux ser jgħid kollox lill-elettorat. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Imma fejn huma dawn l-artijiet, imma għidulna, imma għidulna. Bħal dak li qalu li għadhom ma tagħlmux li aħna nagħmlu il-homework tagħna u intom taħsbu li ħa ngħidulkom kollox.” Ħsiebu biss dwar is-siġġu tal-poter Bernard Grech tenna li l-Partit Nazzjonalista huwa lest biex jigverna. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Dan il-partit huwa lest biex jiggverna.” Fid-diskors li għamel fil-padiljun ta’ Kordin Bernard Grech qal li Gvern Laburista, li wieżen il-familji fl-isfidi, berbaq il-flus. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “U mela tberbaq il-flus daqs li kieku ma jispiċċaw qatt.” Tul id-diskors tiegħu huwa tkellem kontra l-Partit Laburista u niesu. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Ma fehmu xejn.” Saħansitra spiċċa jgħid li l-Partit Laburista aħjar jirtira għax mhux ippreparat biex imexxi. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Min mhux ippreparat inutli jqiegħed idejh fuq il-moħriet.” Grech saħansitra spiċċa jipprova jiżżufjetta bil-manifest tal-Partit Laburista u bil-fatt li dan fih elf proposta sabiex iwittu t-triq għal futur sabiħ ta’ pajjiżna. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Imma l-importanti li għandna n-numru elf. Wieħed, żero, żero, żero.” F’diskors beda bid-daqq tal-innu li fih stieden lin-nies għas-siegħa tat-taqbid, huwa kompla jtenni kliem diviżiv. B’diskors isteriku Bernard Grech deher li tilef il-kontroll għal kollox. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Il-aħwa x’żin. Eh, eh. U dak li jmexxih ma jilħaqx jagħmillu hekk jew hekk. Il-poter.” Wara dan id-diskors huwa dar fuq dawk preżenti biex jiċċekja jekk ikkonvinċihomx. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Għax int li qiegħed hawn, naħseb konvint hux hekk? Ħa nara konvinti? Konvinti.” F’partijiet oħra tad-diskors huwa deher li mhux ċert fuq dak li qed jgħid u kontinwament qara d-diskors li ħejjewlu. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Jew li ma tistax...” Huwa spiċċa jtenni li dakinhar tal-votazzjoni l-elettorat ser ikun waħdu mal-lapes. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Int u l-lapes, fuq il-karta tal-vot ġewwa l-kamra tal-elezzjoni.” F’mument minnhom Bernard Grech imbagħad infexx jixgħer u jistieden lin-nies iqumu minn hemm. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Fis-sitta u għoxrin ta’ Marzu, qumu minn hemm u agħtu risposta.” Fid-diskors li għamel Bernard Grech ammetta wkoll li għandu l-iżbalji fil-programm elettorali tiegħu. Żbalji li madankollu huma ftit ikbar minn kif ipprova jgħaddihom hu. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Għax ħadna żball ta’ xi comma, jew għax ma qbiżniex line bħal ta’ meta konna nagħmlu l-homework.” Quddiem dawk preżenti huwa reġa’ sar il-wiċċ tal-passat. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Hekk għamilna fl-1964, hekk għamilna fl-1981, hekk għamilna fl-1987, hekk għamilna fl-1998, hekk għamilna fis-sena 2003.” Bernard Grech fakkar li dak li qed jaraw quddiemhom ikun qed jingħata t-tmexxija tal-pajjiż jekk fl-elezzjoni jirbaħ il-Partit Nazzjonalista. BERNARD GRECH KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA “Magħna what you see is what you get.”