У нас вы можете посмотреть бесплатно AKKUŻAT BI TRAFFIKAR TA’ PERSUNI или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Il-Qorti llum fetħet b’urġenza, fejn tressaq raġel li baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli bi traffikar ta’ persuni. KITBA KIMBERLEY SACCO-BALDACCHINO FILMATI CHRIST BORG Jonathan James Borg, ta’ tnejn u erbgħin sena, li m’għandux indirizz fiss, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat fost oħrajn bi traffikar ta’ persuni, ksur ta’ kundizzjonijiet fuq każijiet preċedenti u falsifikazzjoni ta’ dokumenti. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Karl Roberts, spjegat kif marbuta ma’ dan il-każ hemm ammont kbir ta’ vittmi, li huma persuni vulnerabbli minn pajjiżi tat-tielet dinja. Fil-Qorti ġie spjegat kif il-każ jittratta numru ta’ migranti li kienu allegatament japplikaw mal-akkużat għal xogħol u post fejn jgħixu f’Malta – liema applikazzjoni kienu jħallsu somma għaliha u kif jaslu Malta ma kienu jsibu xejn. Fil-fatt, il-vittmi kienu jfittxu lill-akkużat li lanqas biss kellu indirizz fiss ta’ fejn jgħix, u kienu jibqgħu b’ta’ fuqhom senduqhom. L-applikazzjonijiet jammontaw għal aktar minn mitejn u ħamsin. Għall-akkużat deher Dr Ezekiel Psaila, li argumenta kif il-provi jinsabu kollha f’idejn il-Prosekuzzjoni fost oħrajn dokumenti, messaġġi, ritratti u l-kompjuter tal-akkużat filwaqt li kemm il-darba siefer mill-pajjiż u reġa’ rritorna Malta, li skontu turi l-affidabilità tal-akkużat. Apparti minn hekk Dr Psaila argumenta kif filwaqt li hemm ’il fuq minn 250 applikazzjoni rreferuta, ma jfissirx li dawn kollha nġiebu Malta. Il-Prosekuzzjoni argumentat kif f’każ preċedenti, l-akkużat kellu l-indirizz tal-ġenituri tiegħu mniżżel minkejja li ma kienx jgħix hemm u dan wassal għal dewmien fl-investigazzjoni. Fil-Qorti saret taba għall-ħelsien mill-arrest u talba għall-iffriżar tal-assi. Il-Qorti laqgħet it-talba tal-iffriżar tal-assi tal-akkużat filwaqt li spjegat kif qed tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba n-natura tal-każ, l-ammont ta’ persuni li għad irid jixhdu u għax ma żammx ma’ ordnijiet preċedenti.