У нас вы можете посмотреть бесплатно EĊĊEZZJONI GĦAĊ-ĊITTADINI UKRENI LI QED JAĦARBU MILL-GWERRA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar b’rabta mal-pandemija biex persuni jidħlu f’pajjiżna, mhux se jiġu applikati għaċ-ċittadini Ukreni li qed jaħarbu mill-gwerra u jfittxu ażil f’Malta. Dawn id-dettalji tahom id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, li spjega wkoll kif l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo mistenni jilqa’ pazjenti Ukreni li għandhom bżonn il-kura tal-kanċer. Il-Gvern Malti se jagħmel eċċezzjoni għaċ-ċittadini Ukreni li qed jaħarbu mill-gwerra u jiġu Malta jfittxu l-ażil fejn jidħlu r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar f’pajjiżna b’rabta mal-pandemija; ħlief għall-perjodu ta’ kwarantina.Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne spjega li r-restrizzjonijiet preżenti mhux se japplikaw għaċ-ċittadini Ukreni li jixtiequ jsibu kenn f’pajjiżna, minkejja li l-Ukrajna tinsab fil-lista l-ħamra skura ta’ pajjiżi għal Malta. CHRIS FEARNE DEPUTAT PRIM MINISTRU “Persuni minn dark red jistgħu jiġu biss ġewwa pajjiżna jekk ikunu residenti Malta jew jekk ikollhom il-work permit f’pajjiżna. Fil-każ tal-Ukrajna se nagħmlu eċċezzjoni; jiġifieri apparti dawn iż-żewġ kriterji, ħa nkunu qed naċċettaw il-persuni Ukreni li għandhom xi qraba ġewwa pajjiżna kif ukoll dawk iċ-ċittadini Ukreni kollha li jkunu qed ifittxu ażil, se jkollhom il-possibilità li r-restrizzjonijiet tal-Covid għall-ivvjaġġar lejn Malta, fil-każ tagħhom, se jkunu sospiżi.” F’turija ta’ solidarjetà mal-poplu Ukren, l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo se jilqa’ wkoll pazjenti Ukreni li jkollhom bżonn kura għall-kanċer. CHRIS FEARNE DEPUTAT PRIM MINISTRU “Sir Anthony Mamo li issa ħa fama wkoll, anki fl-Ewropa, li huwa sptar tal-onkoloġija tal-aqwa kwalità, ħa nkunu nistgħu nilqgħu numru ta’ pazjenti li minħabba l-gwerra ma jistgħux ikomplu t-trattament tagħhom tal-kanċer fl-Ukrajna.” Chris Fearne qal ukoll li l-Gvern Malti jinsab fil-proċess li jibgħat għajnuna umanitarja lejn l-Ukrajna, fosthom mediċini u apparat mediku ieħor.