У нас вы можете посмотреть бесплатно OPERAZZJONI KBIRA KONTRA ATTIVITAJIET KRIMINALI или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Operazzjoni massiċċa minn bosta taqsimiet fi ħdan il-Korp tal-Pulizija wasslet biex matul il-lejl li għadda jiġu arrestati għexieren ta’ persuni b’rabta ma’ traffikar ta’ droga, immigrazzjoni irregolari u prostituzzjoni, fil-Marsa. Crew ta’ ONE News kien preżenti fuq il-post għall-operazzjoni tal-Pulizija u żvela din l-ewwel informazzjoni b’filmati esklussivi mill-Marsa. KITBA: STEFAN BAJADA FILMAT: BJORN BONELLO / CMRU Matul il-lejl li għadda, fil-Marsa, il-Pulizija wettqet operazzjoni kbira, permezz ta’ diversi uffiċjali u taqsimiet, bħala parti mill-ħidma kontra attivitajiet kriminali, b’mod partikolari t-traffikar tad-droga, kriminalità organizzata u immigrazzjoni irregolari. Kien ONE NEWS li żvela din l-operazzjoni massiċċa, bi crew tagħna preżenti waqt li l-operazzjoni fil-Marsa kienet għaddejja t-Tnejn filgħaxija. It-toroq tal-madwar kollha qrib il-korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel ingħalqet għat-traffiku, waqt li l-Pulizija kienu qed iwettqu xogħolhom. L-operazzjoni kienet ħidma konġunta bejn diversi sezzjonijiet tal-Pulizija, li ntemmet għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu. L-operazzjoni kienet iffokata fuq stabbilimenti, remissi u residenzi fil-Marsa, u wara aktar invetigazzjonijiet dawn segwew fil-Ħamrun u anke n-Naxxar. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet kif wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet fuq ir-remissi li jinsabu fi Triq il-Ġerrejja, fil-Marsa, iċċirkondat remissa partikolari, li kienet qiegħda tintuża għall-bejgħ tad-droga. Hawnhekk, instab raġel, li ġie arrestat. Minn tfittxija fil-post, instabu xejn inqas minn 385 qartas tal-kokaina; 250 qartas ta’ eroina; u 45 qartas ta’ kannabis sintetika, kollha lesti f’boroż żgħar biex jiġu ttraffikati. Fl-istess remissa nstab ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti, mutur li kien irrapportat misruq, ponn tal-ħadid, sikkina, waqt li ġew elevati wkoll numru ta’ mobiles, apparat ta’ CCTV cameras, kif ukoll oġġetti oħrajn b’rabta mat-traffikar tad-droga. Sadanittant, l-operazzjoni mid-diversi taqsimiet tal-Pulizija fil-Marsa u l-madwar saret ukoll b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari. Minn spezzjonijiet li saru f’diversi toroq, ġew arrestati 67 persuna li kienu qegħdin jgħixu Malta illegalment. Bl-assistenza tal-uffiċjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni, dawn ittieħdu f’ċentru ta’ detenzjoni u beda proċess immedjat biex jiġu rritornati lejn il-pajjiż tal-oriġini jew fil-pajjiż li legalment jistgħu jgħixu fih. Sar ukoll arrest b’rabta mal-prostituzzjoni. Hawnhekk ġew ikkonfiskati mal-€4,600 fi flus kontanti. B’rabta mal-operazzjoni tal-Pulizija fil-Marsa, saret ukoll tfittxija f’residenza fin-Naxxar. Hemmhekk il-Pulizija sabet mal-€10,500 fi flus kontanti, waqt li ġew ikkonfiskati żewġ vetturi, ammont konsiderevoli ta’ ħwejjeġ tad-ditta, ġojjellerija u mobile phones. B’din l-operazzjoni ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li qed imexxi inkjesta.