У нас вы можете посмотреть бесплатно KUNTRATT ĠDID SE JWASSAL GĦAL SERVIZZ IŻJED EFFIĊJENTI TAL-MEALS ON WHEELS или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Is-servizz tal-Meals on Wheels mistenni jingħata b’iżjed effiċjenza hekk kif se joħroġ kuntratt ġdid għal min joffri s-servizz. Dan is-servizz, li s-sena l-oħra ngħata b’investiment ta’ nofs miljun ewro, igawdu minnu mat-tmien mitt anzjan li jirċievu ikla bnina bi tliet platti kuljum. KITBA: MILAINE BUHAGIAR FILMAT: SHAUN CUCCIARDI / ARKIVJI Tmien mitt anzjan se jkunu jistgħu jgawdu minn titjib fis-servizz tal-Meals on Wheels permezz ta’ kuntratt ġdid li ħa jkun qed isir fil-futur qrib. Dan is-servizz joffri ikla bnina kuljum lil dawk l-anzjani li għadhom jgħixu fil-komunità iżda jsibuha diffiċli jippreparaw ikla. Il-menu huwa wieħed varjat għall-erbatax-il jum konsekuttiv u kull anzjan jiġifieri tliet platti ta’ ikel, l-ewwel platt, it-tieni platt u deżerta. Is-sena l-oħra dan is-servizz ingħata b’investiment ta’ ftit aktar min-nofs miljun ewro. Il-Manager fiċ-Ċentru Servizz Anzjan, Alexander Vella saħaq magħna kif dan is-servizz ħa jkun qed jitjieb biex l-anzjani jirċievu dejjem l-aħjar ikel. ALEXANDER VELLA MANAGER FIĊ-ĊENTRU SERVIZZ ANZJAN “Bħalissa spiċċa kuntratt u qegħdin fi proċess fejn qed ħa jkun ippubblikat tender ġdid li se nkunu qegħdin naġġudikaw fil-futur qrib. F’dan il-kuntratt ħa naraw illi ħa jikbru xi ftit il-porzjonijiet, ħa jonqos il-ħin tat-tqassim, jiġifieri qed inħarsu lejn titjib konsiderevoli f’dan is-servizz li aħna bil-qalb nwasslu lill-anzjani tagħna.” Ma’ ONE News stqarr ukoll li l-ikbar ilment li kellhom l-anzjani kien li l-ikel kien qed idum wisq biex jasal għandhom u b’hekk fil-kuntratt il-ġdid il-ħin tat-tqassim tal-ikel ingħata importanza kbira. ALEXANDER VELLA MANAGER FIĊ-ĊENTRU SERVIZZ ANZJAN “Dħalna fi ftehim addizzjonali mal-kuntrattur fejn żidna xi ftit il-prezz li qegħdin inħallsu sabiex b’hekk jiġi rifless f’titjib fis-servizz f’impjieg ta’ persuna oħra ma’ kull sewwieq biex hekk it-tqassim imur iktar b’mod tajjeb biex ngħid hekk, ikun hemm xi ħadd li jekk weħlu fit-traffiku forsi jista’ jistenna xi daqsxejn l-anzjan jiftaħ il-bieb u t-tqassim isir b’mod aħjar.” Vella spjegalna wkoll kif l-anzjani għandhom jagħmlu l-għażla tal-ikel. ALEXANDER VELLA MANAGER FIĊ-ĊENTRU SERVIZZ ANZJAN “Kif qed tara qed nitkellmu fuq ikla ta’ tliet platti għall-prezz issuddjat ta’ żewġ ewro u għoxrin ċenteżmu għal kull ikla. L-anzjan se jkollu dawn il-karti, waħda għal kuljum li jimtlew min ġimgħa qabel jiġifieri jrid jimmarka liema, starter irid, liema main course jrid u liema deżerta jrid. Dawn jiġbruhom is-sewwieqa stess li jwasslu l-ikliet kuljum lill-anzjan biex il-ġimgħa ta’ wara jekk il-bambin irid jirċievi l-ikliet li jkun xtaq jimmarka.” Barra minn hekk, dawk li se japplikaw għas-servizz għall-ewwel darba, ħa jkun hemm persuna li se tkun inkarigata biex tikkuntattjahom ħalli jilħqu jagħmlu l-għażliet tal-ikel għall-ewwel ġimgħa.