У нас вы можете посмотреть бесплатно RAĠEL JINTLAQAT MINN TIR F’DAHRU FI SPARATURA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Raġel ta’ disgħa u erbgħin sena li jgħix ir-Rabat ġarrab ġrieħi serji wara li ntlaqat minn tir f’dahru waqt sparatura li seħħet aktar kmieni llum fil-limiti ta’ bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli. Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxijiet għall-aggressur f’dan il-każ. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: CHRIST BORG Raġel ta’ disgħa u erbgħin sena mir-Rabat weġġa’ serjament wara li ntlaqat minn tir f’dahru waqt sparatura li seħħet barra farmhouse fl-inħawi ta’ Għar Ħażrum, fil-limiti tas-Simblija, ir-Rabat. Il-Pulizija ġiet infurmata dwar dan il-każ ftit wara nofsinhar, għall-ħabta tal-kwarta. F’din l-isparatura ġie sparat tir wieħed, u l-vittma ntlaqat fuq in-naħa ta’ wara ta’ dahru. Mal-midja, il-kelliem tal-Pulizija Brandon Pisani qal li l-Pulizija għaddejja bi tfittxija għall-aggressur jew aggressuri li sparaw lil dan ir-raġel. Din it-tfittxija għaddejja mill-Pulizija tal-Ispecial Intervention Unit u r-Rapid Intervention Unit. Fuq il-post mar tim mediku, li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Fl-isptar, il-vittma saritlu operazzjoni u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġistrejali, immexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett, flimkien mal-uffiċjali tal-Laboratorju tax-Xjenza Forensika tal-Pulizija.