У нас вы можете посмотреть бесплатно JORDAN AZZOPARDI JITRESSAQ IL-QORTI U JINŻAMM ARRESTAT или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Jordan Azzopardi magħruf bħala l-El Chapo ta’ Malta, inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal 13-il akkuża li jinkludu traffikar u pussess ta’ droga. Dan wara li tressaq il-Qorti ftit sigħat wara li ġie arrestat fil-Madliena wara rapport li l-istess Azzopardi kien involut fi traffikar ta’ droga. Huwa pprova jaħrab mill-Pulizija b’riżultat li laqat vetturi oħrajn. Flimkien miegħu fil-karozza kien hemm mara bit-tfal. KITBA: NOLAN CAMILLERI FILMAT: CHRIST BORG Jordan Azzopardi ta’ 32 sena, magħruf bħala ‘El Chapo’ ta’ Malta, nżamm arrestat b’rabta ma’ traffikar u pussess ta’ droga. Dan wara li lbieraħ ġie arrestat fil-Madliena wara li pprova jaħrab minn fuq il-post. Is-Sibt filgħodu Azzopardi tressaq il-Qorti, b’sigurtà stretta. Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Alfredo Mangion, qalet fil-Qorti kif il-Ġimgħa l-Pulizija daħlitilha informazzjoni dwar karozza li seta’ kellha d-droga fiha. Wara li marru fuq il-post żewġ karozzi tal-pulizija nterċettaw il-vettura li kien allegatament qed isuq Azzopardi tat-tip BMW X3 wara ġirja bil-karozzi. Waqt li kien qed jipprova jaħrab mill-Pulizija, il-Prosekuzzjoni spjegat li Azzopardi laqat karozza li kellha mara bit-tfal fiha. L-Ispettur qal li l-imputat intlemaħ jarmi pakkett mill-karozza. Huwa spjega wkoll kif is-sustanza nstabet li kienet kokaina u kienet ġo borża tal-plasik mgeżwra f’borża tal-karti. B’kollox il-kokaina f’din il-borża wiżnet 130 gramma. Id-Difiża ma kkontestatx il-validità tal-arrest. B’hekk Jordan Azzopardi ġie mixli b’pussess u traffikar ta’ droga, sewqan perikoluż u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest b’rabta ma’ reat preċedenti. B’kollox huwa ġie mixli bi 13-il akkuża. Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, Azzopardi wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest ta’ Azzopardi iżda rriservat id-dritt li tagħmel dan fl-istadju opportun. Hija talbet ukoll biex jekk kien hemm pulizija pajżana, dawn jixhdu mill-aktar fis. Id-Difiża oġġezzjonat ukoll għat-talba tal-Prosekuzzjoni biex ikun hemm l-iffriżar tal-assi tal-imputat. Madankollu t-talba kienet milqugħa mill-Qorti u ssekwestrat diversi assi ta’ Azzopardi. Għaldaqstant, il-Qorti żammet lil Azzopardi taħt arrest.