У нас вы можете посмотреть бесплатно B’FONDI EWROPEJ JITLESTA X-XOGĦOL TA’ RESTAWR F’BAŻILIKA U FI KNISJA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • B'investiment ta' erba’ mitt elf ewro ġew irrestawrati l-Bażilika ta' Kristu Re f'Raħal Ġdid u l-Knisja Arċipretali ta' Ħal Tarxien. Tmenin fil-mija ta' dan l-investiment f’dawn il-knejjes il-ġmiel tagħhom sar permezz ta’ fondi Ewropej. KITBA: COLIN DEGUARA FILMAT: OPM / KURJA Il-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid u l-Knisja Arċipretali ta’ Ħal Tarxien waslu fi tmiem proċess ta’ restawr. Dan b’investiment ta’ erba’ mitt elf ewro li tmenin fil-mija minnhom huma fondi tal-Unjoni Ewropea. Fost l-oħrajn ir-restawr fuq il-bażilika ta’ Raħal Ġdid kien jikkonsisti f’restawr tal-kolonni tal-konkos li huma għolja 11-il metru u li jinsabu fil-ġnub tal-knisja. Sar ukoll xogħol ta’ tiswija fil-kolonni u l-ġebel ta’ madwar il-portiku. Dan filwaqt li tbiddlu l-kapitelli tal-ġnub u saru travi tal-ħadid ġodda. Fi proġett separat f’Ħal Tarxien sar xogħol ta’ konservazzjoni fuq il-ħitan tal-ġenb tal-knisja u fuq in-naħa ta’ wara tnaddfet il-ġebla Maltija u ġew irrestawrati l-aperturi tal-injam. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, li kien preżenti għall-inawgurazzjoni, stqarr kif il-kollaborazzjoni bejn l-istat u l-knisja qed tħalli impatt pożittiv madwar pajjiżna b’numru ta’ proġetti ta’ restawr fuq knejjes differenti STEFAN ZRINZO AZZOPARDI SEGRETARJU PARLAMENTARI “Dan huwa investiment li qiegħdin nagħmlu ta' fondi ewropej biex nieħdu ħsieb dak li ħallewlna missirijietna, kif ukoll li naraw li dawn il-ġojjelli arkitettoniċi li għandna f'pajjiżna jingħataw dak il-ġieħ lura li jixirqilhom.” L-isqof awżiljarju Joseph Galea Curmi spjega kif il-knisja f’Malta hija impenjata li tħares il-patrimonju Malti b’kollaborazzjoni ma’ kull min għandu dan il-wirt għall-qalbu. SOT: JOSEPH GALEA CURMI ISQOF AWŻILJARJU “Jien ngħid meta nħarsu lejn ir-restawr importanti li ngħarfu li r-restawr huwa ta' ġid għall-poplu hawnhekk ta' Ħal Tarxien u għal poplu li jiġi l-knisja imma propjament għall-poplu Malti kollu għaliex kulħadd jibbenefika, jiggwadanja meta jkollok inti post bħal dan li jiġi rrestawrat.” “Jien ngħid meta nħarsu lejn ir-restawr importanti li ngħarfu li r-restawr huwa ta' ġid għall-poplu hawnhekk ta' Ħal Tarxien u għal poplu li jiġi l-knisja imma propjament għall-poplu Malti kollu għaliex kulħadd jibbenefika, jiggwadanja meta jkollok inti post bħal dan li jiġi rrestawrat.”