У нас вы можете посмотреть бесплатно Jum l-Innu Malti | Ilbieraħ, Illum u Għada или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
L-istorja ta' art imlibbsa bl-oħla dawl. Talba għall-għaqda u s-sliem ta' nazzjon kburi. Lura fl-1922, Dr Albert V. Laferla (1877-1943), direttur tal-edukazzjoni, xtaq li jinkiteb innu biex jitkanta mit-tfal tal-iskola. Ħatnu, il-Logotenent Kulunell Robert Samut (1869-1934) għaddielu melodija li kkompona. Laferla talab lil Dun Karm Psaila (1871-1961) biex jikteb il-lirika. L-ewwel verżjoni nkitbet minn Dun Karm fil-25 ta’ Novembru, 1922, iżda kellu jirranġaha biex toqgħod aħjar mal-melodija ta’ Samut, peress li l-mużika nkitbet qabel il-versi. Fis-27 ta’ Diċembru, 1922, l-innu ndaqq għall-ewwel darba għall-pubbliku fit-Teatru Manoel. Snin wara, fl-1941, irċieva rikonoxximent uffiċjali bħala “innu ta’ Malta” iżda kien biss fl-1964, meta Malta saret indipendenti, li ġie addottat bħala innu nazzjonali. Fl-2025, mija u tliet snin wara li nkiteb, is-27 ta’ Diċembru tnaqqax fil-Kostituzzjoni bħala Jum l-Innu Malti. "Lil din l-art ħelwa, l-Omm li tatna isimha, Ħares, Mulej, kif dejjem Int ħarist: Ftakar li lilha bil-oħla dawl libbist." "Agħti, kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha, Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa 'l-ħaddiem: Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem." Ritratti tal-passat li ngħataw il-kulur u l-ħajja. Xi xeni saru bl-assistenza tal-Intelliġenza Artifiċjali. mużika | L-Innu Malti (cover) email | seqermalti@gmail.com