У нас вы можете посмотреть бесплатно TLIET KUNSILLIERA JIRRIŻENJAW MILL-PN WARA LI TNEĦĦA DELIA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • U l-inkwiet u l-firda fil-Partit Nazzjonalista jidher li se jibqgħu jippersistu. Sigħat wara li Bernard Grech ġie elett Kap hekk kif tqaċċat Adrian Delia, tliet Kunsilliera Nazzjonalisti nisa taw ir-riżenja lill-partit u issa se jibqgħu fil-Kunsill bħala Kunsilliera indipendenti. Dawn u bosta attivisti Nazzjonalisti oħra wrew l-għadab tagħhom għal mod kif tneħħa Delia u kif l-establishment ħa mill-ġdid ir-riedni tal-Partit Nazzjonalista. Kien hemm min saħansitra tella’ ritratti tat-tesseri u envelope indirizzat lejn id-Dar Ċentrali, sinjal li jrid iqatta’ għal kollox il-karti minn mal-partit li issa huwa taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT ARKIVJI Ftit tas-sigħat wara li Bernard Grech ġie elett Kap tal-Partit Nazzjonalista, tliet kunsilliera Nazzjonalisti f’lokalitajiet differenti ħabbru li qed jitilqu mill-partit. Deborah Mifsud, Kunsilliera fuq Birkirkara ġiet rappurtata mis-sit lovinmalta li rriżenjat mill-Partit Nazzjonalista. Fid-dawl li Adrian Delia m’għadux Kap Nazzjonalista, Mifsud se tkun indipendenti fil-Kunsill Lokali Karkariż. Mas-sit lovinmalta, Mifsud qalet li Delia ma kellux jitqaċċat u kellu jibqa’ għal ħames snin. “Ilni Nazzjonalista mit-twelid iżda issa dan il-partit lanqas jintgħaraf”, qalet Deborah Mifsud. Żiedet tgħid, “Lawrence Gonzi kien jgħidilna li Gvernijiet Laburisti jġagħluk tistħi li int Malti, imma llum jien nistħi ngħid li jien Nazzjonalista.” Spjegat kif Delia sab min irid jeqirdu u tfixkil kbir min-nies li huma viċin l-eks Kap Simon Busuttil. “Għalfejn dan kollu?”, staqsiet Mifsud li saħqet li Bernard Grech qered il-karriera politika tiegħu u kellu jistenna sa wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Sostniet li mhux ta’ b’xejn li l-Partit Nazzjonalista tilef għaxar elezzjonijiet konsekuttivi b’distakk kbir. Intant fuq il-profil tagħha fuq facebook, Doriana Portelli, Kunsilliera Nazzjonalista fuq Birżebbuġa u xandara ta’ NET News, qalet ukoll li qed twarrab b’mod immedjat. “Meta per prinċipju dak li jsir sfaċċatament ċar kristall quddiem għajnejja ma jkunx konformi mal-valuri li nħaddan, jien ma nitradix, jien ma nfixkel fl-ebda mixja, ma nirkeb l-ebda karru, ma nigdibx, ma nfarrak l-ebda familja, ma nkisser l-ebda individwu. Għalhekk inwarrab, u b’mod immedjat”, kitbet Portelli li hija magħrufa kemm kienet tappoġġja lill-eks Kap Adrian Delia.