У нас вы можете посмотреть бесплатно IL-ĦAMIS ISIRU L-VOTAZZJONIJIET F’ERBA’ SPTARIJIET или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Għada se ssir il-votazzjoni fl-erba’ sptarijiet ewlenin f’pajjiżna, fejn l-isptarijiet ser ikunu qed iservu ta’ postijiet ta’ votazzjoni. Intant, għadu għaddej il-ġbir tal-voti mis-Sala tal-Għadd tal-Voti tan-Naxxar u minn Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex. Intant ilbieraħ saret il-votazzjoni għall-Assistenti Kummissarji Elettorali u l-membri tal-Korp tal-Pulizija. Hawnhekk it-turn-out kienet ta’ ftit aktar minn tnejn u disgħin fil-mija. KITBA NEIL AZZOPARDI FERRIGGI FILMAT BJORN BONELLO Il-Ħamis parti oħra mill-elettorat se tkun qed tixħet il-vot tagħha fl-elezzjoni ġenerali. Dan hekk kif ser issir il-votazzjoni fl-Isptar Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt qal li f’dan il-jum se jkunu qed jivvutaw dawk li sa nhar it-Tnejn li għadda sas-sitta ta’ filgħaxija kienu rikoverati f’xi wieħed minn dawn l-isptarijiet. LOUIS GATT KAP TAL-UFFIĊĊJU ELETTORALI TAL-PL “Importanti l-qraba tagħhom jekk għandhom id-dokument tal-vot tagħhom jgħadduhulhom sabiex ikunu jistgħu jivvutaw ġewwa l-istess sptar fejn qegdħin.” Gatt qal kif dawk li nħarġu mill-isptar wara nhar it-Tnejn xorta waħda jridu jmorru jivvutaw fl-Isptar li kienu rikoverati fih. Intant huwa spjega li kull min hu pożittiv għal COVID-19 jew fi kwarantina mandatorja sal-Ġimgħa li ġej sad-disgħa ta’ filgħaxija. Il-Kummissjoni Elettorali se tkun qed tinnotifikah biex imur jivvota f’wieħed mis-sitt ċentri li ntramaw apposta. LOUIS GATT KAP TAL-UFFIĊĊJU ELETTORALI TAL-PL “Ovvjament se tkun qed tgħaddi l-informazzjoni, ħa tkun qed tibgħat jew email jew ittra, imma peress li m’hemmx ħafna ħin il-Kummissjoni se tagħmel kommunikazzjoni mmedjata biex imorru jivvutaw f’wieħed minn dawn iċ-ċentri.” Fiċ-Ċentru ta’ Smart City se jkunu qed jivvutaw dawk tat-tieni u r-raba’ distrett. Fiċ-Ċentru tal-MCAST f’Raħal Ġdid se jivvutaw dawk tal-ewwel u s-sitt distrett. Fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far se jivvutaw dawk tat-tielet u l-ħames distrett. Fiċ-Ċentru ta’ Ta’ Qali se jivvutaw tas-seba’ u l-ħdax-il distrett. Fiċ-Ċentru ta’ Pembroke se jivvutaw dawk tal-għaxar u t-tnax-il distrett. Fiċ-Ċentru tal-Life Sciences Park f’San Ġwann se jivvutaw dawk tat-tmien u d-disa’ distrett Filwaqt li fiċ-Ċentru tax-Xewkija se jivvutaw dawk tat-tlettax-il distrett. Intant, il-Ħamis hu l-aħħar jum li wieħed jista’ jmur jiġbor id-dokument tal-vot. LOUIS GATT KAP TAL-UFFIĊĊJU ELETTORALI TAL-PL “Il-ħinijiet huma bejn it-8am u s-1pm u bejn it-3pm u nofsilejl. Hija l-aħħar ġurnata u nħeġġeġ lil dawk li għadhom ma ġabrux id-dokument sabiex jagħmlu dan mill-aktar fiss mill-uffiċċini tal-Kummisjoni Elettorali fin-Naxxar u minn Pjazza San Franġisk f’Għawdex”. Louis Gatt appella biex wieħed jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista LOUIS GATT KAP TAL-UFFIĊĊJU ELETTORALI TAL-PL “Napella l-elettorat sabiex jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista kollha. Sintendi bil-preferenzi ta’ dak li jkun, imma lill-kandidati kollha biex ma jintilef l-ebda vot tal-wirt u l-partit jikseb l-aħjar riżultat ta’ siġġijiet possibbli.” Gatt appella biex kull minn għandu bżonn xi għajnuna jew trasport nhar l-elezzjoni, wieħed għandu jikkuntattjata l-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista fuq 20901531 jew 20901528.