У нас вы можете посмотреть бесплатно L-INKJESTA NNUTAT ŻBALJI KARDINALI MINN MIN ALLEGA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • L-inkjesta Maġisterjali li sabet li l-Prim Ministru u l-armata ma wettqu l-ebda omiċidju nnutat żbalji kardinali minn min ressaq l-allegazzjonijiet fosthom tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja li ffirma d-denunzja. Fost l-iżbalji hemm dati fejn ġie allegat li sar ir-reat meta fil-verità is-suldati li kienu investigati lanqas biss kienu fuq xi ħidma ta’ salvataġġ. Dan biex ma nsemmux li l-Maġistrat innota li l-allegazzjoni saru mingħajr verifiki. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT ARKIVJI Fil-konklużjonijiet ċari tal-inkjesta dwar l-Armata joħorġu żbalji kbar fid-denunzji li fetaħ il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi għall-għaqda Repubblika. Żball kardinali ta’ dawk li akkużaw lill-Prim Ministru u lill-armata bi qtil ta’ immigranti kien dwar id-data. Il-kwerela li daħlet għand il-Kummissarju tal-Pulizija allegat attentat ta’ qtil ta’ immigranti bejn id-disgħa u l-ħdax ta’ Marzu iżda l-Maġistrat jinnota li f’dawk il-jiem, il-membri tal-ekwipaġġ tal-patrol boat P52 lanqas biss kienu fuq xi ħidma ta’ salvataġġ. Il-Maġistrat Joe Mifsud jikteb ukoll li fl-istess denunzja l-ewwel jissemmew akkużi t’attentat ta’ qtil imbagħad tissemma l-akkuża ta’ qtil. “Il-Maġistrat inkwirenti seta’ waqaf hemm, la d-denuzja ma kinitx korretta skont il-kodiċi kriminali”, saħaq b’mod ċar il-Maġistrat fl-inkjesta t’aktar minn erba’ mitt paġna li sabet li l-allegazzjonijiet li saru ma kinux msejsa fuq provi. L-inkjesta li sabet li la l-Prim Ministru, la l-Brigadier u lanqas is-suldati tal-patrol boat ma kienu involuti fi qtil, tgħid ukoll li min ressaq id-denunzji, fosthom anki l-eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista, l-avukat Pawlu Borg Olivier, lanqas talbu għall-informazzjoni dwar l-allegazzjonijiet li saru iżda ppreżentaw kwerela mal-ewwel u mingħajr ma saru verifiki. “Spiċċajna kulħadd jgħid li jrid u ħadd ma jwieġeb ta’ għemilu għal dak li jirriżulta li kien falz jew kif inhu msejjaħ fake news”, saħqet l-inkjesta Maġisterjali. L-inkjesta semgħet ukoll ix-xhieda ta’ żewġ ġurnalisti tat-Times. Dawn urew ix-xewqa u wegħdu li jippreżentaw telefonata li saret lill-Alarm Phone minn wieħed mill-immigranti li għamel l-allegazzjonijiet fuq is-suldati tal-P52 iżda huma ma ngħatawx permess jagħmlu dan mill-Alarm Phone. Il-Maġistrat innota wkoll rapport skorett tat-Times fit-tmintax ta’ Mejju li għadda għaliex l-immigranti kollha fl-allegat każ kienu salvati kollha tant li anki xehdu f’din l-inkjesta.