У нас вы можете посмотреть бесплатно It-Triq tas-Salib (Via Sagra) ma' Suor Marija tat-Trinita' или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
Għat-test sħiħ u għas-Sors, mur: https://l-ewkaristijaus-sacerdozju.ho... L-Ewwel Stazzjon: Ġesù kundannat għall-mewt Int ukoll, tassew, int ukoll kundattat għall-mewt, imma ma tagħtix kas tal-mument tagħha. Se mmutu – din verità kbira. Għad jgħibu d-dellijiet u ma jifdal xejn minn dak li issa hu. Tgħallem minni kif tħejji għall-mewt u kif se tmut. It-Tieni Stazzjon: Ġesù mgħobbi bis-salib Għalkemm kont mifni mit-tbatijiet tal-lejl u tas-swat, qbadt is-salib b’imħabba u ferħ. Kien għal dis-siegħa li ġejt. Ma ħsibtx għalija nnifsi imma għall-fidwa. Kull salib li tingħata, ilqgħu bl-imħabba u bil-ferħ. Taħsebx fik innifsek. Aħseb għall-opra tal-fidwa. It-Tielet Stazzjon: Ġesù jaqa’ għall-ewwel darba. Ma kontx ili miexi li ma waqajtx. Tistagħġibx meta taqa’, iżda bħali, erġa’ qum. Ir-Raba’ Stazzjon: Ġesù jiltaqa’ ma’ Ommu. Ma kontx tagħrafni. Ma kontx aktar b’bixra ta’ bniedem. Ratni u għarfitni u qasmet miegħi l-passjoni. Ħafritilkom u mhux biss, imma m’hemmx omm li tħobb ‘l uliedha daqsha. Ma tieqafx tishar fuqkom u tipproteġikom u tinterċedi għalikom sa minn mindu twelidtu. Tindokra bħala omm u siekta, għalkollox moħbija u lanqas biss tistenna ringrazzjament, biss tixtieq li tirringrazzjaw ‘l Alla. Indirizza lilha ħtiġietek. Qalb il-Mulej ma tiflaħx tieqfilha t-talba tagħha. U biex tirringrazzjaha, ipprova imitaha. Il-Ħames Stazzjon: Xmun iċ-Ċirinew jgħin lil Ġesù Ara kif, b’xi mod ridt li l-umanità tieħu sehem fil-fidwa tagħha stess, rappreżentata miċ-Ċirinew. Dejjem hekk jiġri. Dawk li ma jikkummettux ruħhom, dawk li jirrifjutaw li jobdu l-kmandamenti t’Alla jeħtieġ li tirbħuhom għalikom. Jekk iġġorru l-piżijiet ta’ xulxin u jekk tagħmlu lil ħaddieħor dak li tixtiequ li l-oħrajn jagħmlu lilkom, imbagħad jibdew jixtiequ li kienu minn ta’ ġewwa magħkom. Jibdew jaċċettaw l-obbligi wara li jkunu fehmu. Ikunu jħobbuhom ukoll dawn l-obbligi u fil-ġenerożità tagħhom jagħtu aktar ukoll. Huma ħafna fil-familja tiegħi li lanqas biss jafu li huma għax jien, lil tiegħi nagħrafhom mill-intenzjonijiet u mill-azzjonijiet tagħhom. Is-Sitt Stazzjon: Veronika tixxotta wiċċ Ġesù Qed tinnota kif, għal ġest ta’ tjieba umana, l-ħlas huwa divin? Dejjem hekk. Dak li l-aktar ikkunslani tul dil-mixja terribbli tas-salib ma kienx biss dal-ġest u l-ħlewwa tal-velu tagħha, iżda li jien stajt nagħtiha rikumpens. Il-ferħ tiegħi hu f’li nagħti. Il-grazzji tiegħi bla tarf. Nistenna l-okkażjoni biex inkun nista’ nurhom b’dan. Nistenna l-okkażjoni li fiha toffruli qalb lesta li tilqagħhom. Tassew ninsab barra l-bieb inħabbat. Is-Seba’ Stazzjon: Ġesù jaqa’ għat-tieni darba taħt is-salib. Hawn kelli naqa’ mejjet. Kont għalkollox eżawrit. Iżda kien għadu mhux kollox mitmum. Ħsibt fl-erwieħ u mħabbti tagħtni l-qawwa nerġa’ nqum. Meta intom ma tkunux tifilħu aktar minħabba l-għejja u t-tbatijiet, itlobu l-imħabba. Din qatt ma tiġi miċħuda lil min jitlobha. It-Tmien Stazzjon: Ġesù jikkonsla n-nisa ta’ Ġerusalemm. Qed tarani? Biex inkellem lin-nisa li qed jibku, hawn jien mill-ġdid bil-wieqfa. Meta wieħed jaħseb fit-tbatijiet tal-oħrajn, jinsa ’l tiegħu. Jeħtieġ titolbu għall-oħrajn, anki aktar milli għalikom stess. Itlobu għall-intenzjonijiet il-kbar tal-Knisja: is-salvazzjoni tal-erwieħ; ir-rebħa tal-verità tal-Fidi; il-missjonijiet; il-kleru u l-unità viżibbli tal-Knisja tiegħi; il-fejqan tal-ġrieħi li għandha l-Knisja tiegħi fil-livell uman tagħha u li jdgħajfulha l-ħidma tagħha u bħal jitfgħulha velu fuq id-dawl tagħha – id-dawl tal-kelma tiegħi. Hemm bżonn titolbu ’l Alla għad-doni divini tiegħu: il-fidi; il-fedeltà – li hija l-karità fil-prattika; u t-tisħib fil-grazzja, li hi frott it-tama. Id-Disa’ Stazzjon: Ġesù jaqa’ għat-tielet darba taħt is-salib. Hawn jien għal darb’oħra mal-art, sfinit. Nieqaf hawn? Il-mewt kienet tkun ħelwa li kellha tiġi issa. Batejt bil-wisq aktar minn dak li kien ikun biżżejjed għall-fidwa tal-umanità. Iżda din it-tbatija żejda kienet meħtieġa għal tant erwieħ li jirriskjaw li, fil-bruda u fis-soddisfazzjon personali jitlifu dak li għandu tant valur li ġie afdat f’idejhom, u jintilfu. Fhimtni? L-ebda mħabba ma tintilef. L-ebda tbatija m’hi mitlufa fil-ħajja tal-imħabba. Kun ġeneruża. Qatt m’inti se tkun wisq ġeneruża. Qatt m’int se tasal għal dak li hu biżżejjed. L-Għaxar Stazzjon: Ġesù mneżża’ minn ħwejġu. Qed tara kif jien tajt kollox u lanqas ma żammejt imqar rikordju għal Ommi, lanqas it-tunika? L-għotjiet tiegħi huma ta’ tip ieħor. Ħallihom ineżżgħuk, l-aktar mill-ħwejjeġ materjali u mbagħad mid-drittijiet, mill-enerġija; minn ħsibijietek. Lil Alla tkun qed tagħti kollox. Meta tasal mewtek, ma jifdallek xejn ħlief dak li tkun tajt lilu... Għal aktar Punti ta' Tagħlim Nisrani u Talb mur: https://l-ewkaristijaus-sacerdozju.ho...