У нас вы можете посмотреть бесплатно LIL PLEJBOJ MEDITERRANJU (poeżija ta' Yana Psaila, Malta) или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
LIL PLEJBOJ MEDITERRANJU Xemx tiżreġ, il-baħar u s-sħana, X’hemm iżjed li tixtieq turista Sabiex issir ferm ferħana? Però vaganza tkun ‘il bogħod minn ideali Jekk ma dduqux tal-plejboj sħun Mediterranju Il-bews passjonali. Ejjew Malta, hawn għandna Min se jaqdikom b’dan il-mod; Ma jimpurtax jekk tkun xi kerha Għax f’dan il-każ mhux kwalità Iżda il-kwantità li tgħodd. Lanqas tkun il-problema jekk dak jinħela qabel il-waqt, L-aqwa li jdewwaq in-namuri lil kulħadd! Se ssiru tafu x’inhi il-passjoni Imma passjoni tad-Duluri tkun fil-fatt... Hu l-ewwel ma jagħmel, ineħħi n-nuċċali ‘l hemm Għax jaf li ħarstu twiegħed imħabba fiżika tal-ġenn. U jiġi fuq il-mara b’mitt mossa fis-sekonda, Bil-kunfidenza tant profonda, U jgħid u jgħid daqs tellerita, Jipprova jferrex manjetiżmu aktar minn kalamita! Kull merħba bikom, ħudu gost, Tajjeb għalikom dan il-post, Għax hawn issibu min ikun jaħraq Aktar mix-xemx Maltija, L-esperjenza tal-pjaċir għall-mara barranija. © Yana Psaila