У нас вы можете посмотреть бесплатно ‘A LA GRANDE FIL-MANOEL’ MILL-KOPPJA METSOLA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Il-koppja Metsola ddandnet b’kunċert privat estravaganti fit-Teatru Manoel. Irrapportat dwar dan il-gazzetta Illum li, fil-faċċata tal-gazzetta, kellha t-titlu ‘riċeviment a la grande fil-Manoel’. Jidher li dan l-avveniment, fejn mhux biss inkera t-teatru sħiħ iżda wkoll l-orkestra nazzjonali, sewa eluf kbar ta’ ewro. Fi tmiem il-kunċert sar riċeviment. L-Illum irrapportat li l-koppja Metsola, li jdħaħħlu bejniethom mill-inqas nofs miljun ewro fis-sena, żgur li ma sabithiex diffiċli biex tagħmel dan l-avveniment, li għalih kien mistieden ukoll it-tenur Joseph Calleja. Għal dan l-avveniment jidher li fost il-mistiedna speċjali kien hemm Richard Cachia Caruana, wieħed minn dawk li għal snin twal mexxa l-politika fil-Partit Nazzjonalista, partikolarment dik ta’ GonziPN. Cachia Caruana jqis lil Metsola fil-grupp ta’ nies qrib tiegħu, li jinkludu wkoll lil Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina, Lawrence Gonzi, u Louis Galea fost oħrajn. L-istess klikka ta’ nies kienet fuq quddiem nett meta, ftit ġimgħat ilu, Metsola għamlet taħdita fil-Każin Malti. Taħdita li saret biex issewwi l-ħsara wara li fl-aħħar xhur bħala President tal-Parlament Ewropew Metsola mhux darba u tnejn daħlet f’kontroversji. L-iktar meta riedet timpjega r-raġel t’oħtha bħala chief of staff tagħha u kien biss wara li kixfitha l-midja Taljana li marret lura mid-deċiżjoni. Anke fil-kwistjoni tal-Qatargate, skandlu li heżżez il-Parlament Ewropew, ġiet ikkritikata minn istituzzjonijiet indipendenti. Fost l-oħrajn għax għal snin twal il-Parlament Ewropew injora twissijiet li sarulu. Kontroversja oħra kienet faqqgħet li Metsola r-rigali li Metsola kienet irċeviet bħala President tal-Parlament Ewropew kienu jinkludu mawra lussuża fir-reġjun ta’ Borgonja, fi Franza, li hu magħruf ferm għall-inbid tiegħu. Iż-żjara kienet tinkludi ċena lussuża f’kastell medjevali u lejl f’lukanda għaliha u għal żewġha f’lukanda ta’ ħames stilel. F’dan il-każ il-kontijiet tħallsu minn soċjetà esklużiva tal-esperti tal-inbid.