У нас вы можете посмотреть бесплатно LOLA, IN-NANNAKOLA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
A children's song in Maltese featuring a day in the life of Lola n-Nannakola, one of Fonzu l-Fenek's best friends. Kanzunetta bil-Malti għat-tfal li tirrakkonta ġurnata fil-ħajja ta' Lola n-Nannakola, waħda mill-akbar ħbieb ta' Fonzu l-Fenek. ____________________________________________________________________ LOLA N-NANNAKOLA Lola, in-Nannakola Ferħana tmur l-iskola Wara li tlesti xogħolha Toħroġ tilgħab fil-ġardin. Taqbeż minn fjur għal fjura Biex tgawdi n-natura U meta terġa' lura 'Qas tkun taf kif għadda l-ħin. Ma' sħabha Fonzu u Miċu tmur xi dawra Fil-kampanja waranofsinhar, U magħhom jieħdu biċċa ħobż imħawra Bit-tonn taż-żejt u bil-kappar, Żebbuġ, nagħnigħ u farka bżar. Lola, in-Nannakola Tħobb il-pitravi vjola Tikolhom mal-fażola Bi ftit ħall u qatra żejt. Fil-bitħa toqgħod taqra Flimkien ma' Benna l-Baqra U mbagħad la tistrieħ naqra Titla' għall-arja fuq il-bejt. Kemm tħobb tpinġi l-istampi u tiddisinja U tfittex dwar pajjiżi bogħod minn hawn Tixtieq xi darba tmur dawra mad-dinja Bl-ajruplan jew bil-vapur U tikteb dwar kull fejn iżżur. Lola Lola Lola Lola Bit-tonn taż-żejt u bil-kappar, Żebbuġ, nagħnigħ u farka bżar. Lola, in-Nannakola Ferħana tmur l-iskola Wara li tlesti xogħolha Toħroġ tilgħab fil-ġardin. Taqbeż minn fjur għal fjura Biex tgawdi n-natura U meta terġa' lura 'Qas tkun taf kif għadda l-ħin. Kemm tħobb tpinġi l-istampi u tiddisinja ..........Fuq il-karti u l-kompjuter U tfittex dwar pajjiżi bogħod minn hawn ..........Ħafna ħafna bogħod minn hawn Tixtieq xi darba tmur dawra mad-dinja ..........U anke lil hinn minnha Bl-ajruplan jew bil-vapur ..........Wuuuuuuu! U tikteb dwar kull fejn iżżur. Lola, in-Nannakola ..........in-Nannakola Ferħana tmur l-iskola ..........itmur l-iskola Wara li tlesti xogħolha ..........itlesti xogħolha Toħroġ tilgħab fil-ġardin. Taqbeż minn fjur għal fjura ..........minn fjur għal fjura Biex tgawdi n-natura ..........tgawdi n-natura U meta terġa' lura ..........la terġa' lura 'Qas tkun taf kif għadda l-ħin. 'Qas tkun taf kif għadda l-ħin. 'Qas tkun taf kif għadda l-ħin. Kliem u Mużika ta' Michael Piscopo Arranġament mużikali u vuċi - Phyllisienne Brincat. Irrekordjata ġewwa Sweet Notes Studios - Qawra, Malta. Copyright © 2013