У нас вы можете посмотреть бесплатно ŻIEDA TA’ KWAŻI €33 MILJUN FIN-NEFQA SOĊJALI или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Is-sena l-oħra, in-nefqa fil-benefiċċji soċjali żdiedet bi kważi tlieta u tletin miljun ewro fuq is-sena ta’ qabel. Dan ħareġ minn studju li għamel l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika. Fost l-oħrajn żdiedet in-nefqa fil-pensjonijiet u ċ-children’s allowance. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT ARKIVJI Matul is-sena l-oħra, in-nefqa tal-Gvern fil-benefiċċji soċjali żdiedet bi kważi tlieta u tletin miljun ewro. Statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO spjegat li fl-elfejn u dsatax, in-nefqa fis-sigurtà soċjali laħqet qrib il-biljun ewro. Din fissret żieda ta’ 3.4% fuq is-sena ta’ qabel. Iż-żieda fin-nefqa ġiet irreġistrata kemm fil-benefiċċji kontributorji u anki dawk mhux kontributorji iżda l-akbar nefqa kienet f’dawk kontributorji. In-nefqa fil-benefiċċji kontributorji ammontat għal kważi tmien mija u ħdax-il miljun ewro, ftit aktar minn erbgħa fil-mija aktar mis-sena ta’ qabel. L-NSO spjega li ż-żieda ġiet primarjament miż-żieda fil-pensjonijiet. Fil-fatt b’ħames żidiet li ta Gvern Laburista fil-pensjonijiet, matul is-sena l-oħra, in-nefqa fil-pensjonijiet żdiedet b’sebgħa u għoxrin miljun u ħames mitt elf ewro. Kien hemm anki żidiet important fil-bonus kontributorju u l-pensjoni tar-romol. In-nefqa fil-benefiċċji soċjali mhux kontributorji ammontat għal mija u sebgħa u tmenin miljun ewro. Fost l-oħrajn żdiedet l-għajnuna soċjali tad-diżabilità, l-in work benefit li gradwalment jibqa’ jagħti l-benefiċċju tal-qgħad għal dawk li jidħlu fid-dinja tax-xogħol u anki ċ-children’s allowance u l-għajnuna medika. Intant l-akbar numru ta’ nies li rċievew il-benefiċċji kontributorji kienu l-pensjonanti filwaqt li dawk li rċievew il-benefiċċji mhux kontributorji kienu l-familji għaċ-children’s allowance.