У нас вы можете посмотреть бесплатно PASTUR BIL-MASKRA JIDĦOL FIL-PRESEPJU TRADIZZJONALI или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Ħdejn il-pasturi tradizzjonali li nsibu fil-presepju Malti, din is-sena żdied pastur tat-tafal liebes maskra ma’ wiċċu, b’sanitizer f’idu. Fis-servizz li jmiss se niltaqaw ma’ skultur Karkariż li minn eta żgħira beda jaħdem il-pasturi tipiċi Maltin bit-tafal, u din is-sena adatta l-presepju għas-sitwazzjoni tagħna. KITBA – FRANCESCO BORG FILMATI – CHRIS BORG Pastur tradizzjonali tat-tafal liebes maskla ma wiċċu u iżomm sanitizer f’idu, din is-senad daħħal fil-qalba tal-presepju tipiku Malti. L-iskultur Karkariż Pawlu Muscat spjega li minn tà żgħira beda jġemma’ l-pasturi minn madwar id-dinja, iżda bi sfortuna induna li l-pasturi lokali kienu qed jonqsu. Minn hemm beda jaħdem il-pasturi tipiċi Maltin bit-tafal, u kull sena jagħmel sett oriġinali ta’ pasturi li jagħmlu l-presepju ħajj u realistiku. PAWLU MUSCAT SKULTUR Ridt noħloq dik xi ħaġa illi tkompli tispirana nimxu ma liġijiet u nagħmluhom fil-presepju biex inkomplu ninsistu li kulħadd jissenitiza idejh u jilbes il-maskla ħalli ngħaddu malajn kemm jista ikun minn din il-pandemija Meta żorna lil Pawlu u lil martu fil-ħanut tagħhom, spjegalna l-proċess kif jaħdem il-pasturi. PAWLU MUSCAT SKULTUR L-ewwel għandek il-forma tal-pastur tradizzjonali Malti u l-forma hija mingħajr idejh biex inkun nista 'nużaha għal diversi pasturi differenti. Nippresa it-tafal f'forma umbad inneħħih biex nagħmel il-forma tal-pastur u minn hemm nibda nżid idejh u aċċessorji. Id-domanda għal figuri tradizzjonali tat-tafal naqset iżda l-kreattività u l-passjoni ta’ Muscat żdiedet biex iżomm din it-tradizzjoni ħajja. PAWLU MUSCAT SKULTUR Indunajt li l-pasturi Maltin ma baqgħux jinbiegħu fis-suq, u bdejt nipprova nagħmel sett ta’pasturi tgħallija. Fil-fatt għad għandi. Umbad minn hemm hekk bdiet il-ħajra biex inkomplu nżommu tradizzjoni Maltija.