У нас вы можете посмотреть бесплатно JOHNSTON SETA’ NĦEBA FIL-GARAXX QABEL IL-QTIL или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Garaxx komuni fil-blokka ta’ appartamenti fi Triq Maestro Giuseppe Busuttil fis-Swatar, fejn inqatlet Nicolette Ghirxi tard bil-lejl il-Ħadd li għadda, seta’ kien il-post fejn l-eks sieħeb tagħha, l-Irlandiż Edward William Johnston, inħeba ftit qabel u qagħad jistenniha tasal. ONE News reġa’ żar il-post tad-delitt fejn sab li garaxx, li jintuża mir-residenti, hu miftuħ il-ħin kollu b’aċċess mit-triq, waqt li fuq ġewwa hemm lift u taraġ, li jagħtu aċċess lir-residenti taż-żewġ blokok bl-isem ta’ Orion Court. Hu mifhum li l-Pulizija u dawk fl-inkjesta maġisterjali qed iqisu li Johnston, li kien familjari sew mal-appartament tal-vittma, seta’ faċilment qagħad jistenniha moħbi hemm ġew għal xi ħin il-Ħadd filgħaxija. Biex, imbagħad, appena l-mara waslet fuq il-post, tela’ magħha fl-appartament. Mhux eskluż li l-mara setgħet kienet mhedda mir-raġel biex tħallih jidħol fl-appartament, li jinsab fit-tielet sular tal-blokka. L-ipoteżi, li ġiet indikata lill-investigaturi minn qraba tal-Maltija ta’ 48 sena, tiġġustifika għalxiex il-Pulizija ma sabet l-ebda sgass meta marret fl-appartament fil-limiti ta’ Birkirkara. Dan wara li Johnston innifsu tahom id-dettalji tad-delitt, li kien għadu kemm wettaq, u fejn kienet tinstab il-vittma. Fil-fatt il-Pulizija, li waslu fuq il-post fis-sigħat bikrin tat-Tnejn, waqt li uffiċjali oħrajn kienu għadhom qed joħduha ma’ Johnston fuq ix-xatt ta’ Paceville, sabu li l-appartament kien imsakkar b’mod normali u ma nstabet l-ebda indikazzjoni ta’ xi sgass. Wara li ħadd ma wieġeb minn ġewwa tal-appartament, il-Pulizija kellhom jisgassaw il-bieb huma stess, kif ġie kkonfermat mill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà fil-konferenza dwar id-delitt it-Tnejn filgħodu. Hawnhekk il-Pulizija sabu lil Ghirxi bla ħajja wiċċha ’l fuq f’għadira demm. Mill-awtopsja tagħha, instab li l-mara mietet b’daqqiet ta’ sikkina f’għonqha, bl-arma użata wkoll qrib il-katavru tagħha. Kelliem għall-Pulizija l-Ġimgħa ma kienx f’pożizzjoni li jikkonferma jew jiċħad tali ipoteżi, sakemm l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Jirriżulta, iżda, li l-Pulizija u l-esperti fl-inkjesta maġisterjali qed jispezzjonaw filmati ta’ CCTVs fl-akwati u postijiet oħrajn bil-għan li jsegwu l-passi ta’ Johnston u d-dinamika ta’ kif seħħ id-delitt. Sadanittant il-funeral ta’ Ghirxi se jsir is-Sibt fit-tmienja u nofs ta’ filgħodu fis-Santwarju tal-Ħniena Divina fin-Naxxar.