У нас вы можете посмотреть бесплатно ĦIDMA MA TAQTA’ XEJN MILL-PULIZIJA F’LEJLET IL-MILIED. или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT - Aktar minn mitt uffiċjal tal-korp tal-pulizija fil-lejl tal-Milied se jkunu fit-toroq tagħna għaddejjin bil-ħidma tagħhom sabiex jiġu evitati l-inċidenti. Lejlet il-Milied dan l-istazzjon żar l-control room tal-pulizija fejn anki hemm il-ħidma ma taqta’ xejn favur is-sigurtà fit-toroq ta’ pajjiżna.Aktar minn mitt uffiċjal tal-korp tal-pulizija fil-lejl tal-Milied se jkunu fit-toroq tagħna għaddejjin bil-ħidma tagħhom. Lejlet il-Milied żorna id-depot fejn għall-forzi tal-ordni se jkun jum impenjattiv ieħor. Minkejja l-preżenza qawwija ta’ pulizija fit-toroq Maltin, fil-kwartieri ġenerali l-attività ma tonqosx. Fil-control room tal-pulizija flimkien ma’ dik tal-emerġenza s-sejħiet għall-għajnuna ma jonqsux. L-ispettur Justin Camilleri iddeskriva din is-sezzjoni bħala l-qalb tal-korp tal-pulizija li ma torqod qatt. JUSTIN CAMILLERI SPETTUR Mal-kollegi tagħna nkunu f’kuntatt dirett u kontinwu. B’diversi modi u mezzi ta’ komunikazzjoni. Ix-xogħol kontinwu u katina. L-info tidħol l-ewwwel imbad ninformaw lil pulizija fuq barra. L-impenji u d-domanda tax-xogħol fl-jiem bħal dawn dejjem jiżdiedu. JUSTIN CAMILLERI SPETTUR Inkunu qegħdin nagħmlu xoghol ta prevenzzjoni ukoll. Il-pulozija li jaghmlu xoghol barra u joservaw kemm il darba ikellmuna biex intuhom xi informazzjoni li nżomm hawnhekk L-ispettur Camilleri wkoll se jkun ‘il bogħod mill-familja tiegħu f’Jum il-Milied flimkien ma’ mijiet ta’ persuni li jaħdmu fil-forzi tal-ordni. JUSTIN CAMILLERI SPETTUR Ifissru sighat twal. Pero sigħat twal ta dedikazzjoni mill-kollegi tiegħi. Mis-servizzi ta’ emerġenza kollha tal-pajjiz. CPD ambulanza li kollha nahdmu id f idi. L-awguri tal-korp tal-pulizija jibqgħu li f’dawn il-jiem ta’ festi kulħadd igawdi u jieħu ħsieb tiegħu u ta’ ħaddieħor sabiex jiġu evitati inċidenti.