У нас вы можете посмотреть бесплатно “CHRIS FEARNE HUWA L-PM LI PAJJIŻNA GĦANDU BŻONN” – MLCP или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Mingħajr ħafna pompa, Chris Fearne jaħdem u jibdel ħajjet in-nies. Bħala kirurgu, tgħallem jieħu deċiżjonijiet urġenti fl-aqwa interess tal-pazjenti, u bl-istess mod, dan il-pajjiż għandu bżonn il-fejqan immedjat. Kliem il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca, li qalet li temmen li Chris Fearne huwa l-Prim Ministru li pajjiżna għandu bżonn. KITBA: ONE NEWS FILMAT: ARKIVJI “Pajjiżna jeħtieġ fejqan immedjat, u Chris Fearne huwa l-Prim Ministru li Malta għandha bżonn.” Kliem il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca, li ilha taf lil Chris Fearne mindu kien żagħżugħ jaħdem b’mod volontarju fil-Partit Laburista. Qalet li tafu f’sitwazzjonijiet fejn tkellem u ħa azzjoni biex isir is-sewwa, kemm fil-bnazzi, u fil-maltemp. Il-President Emeritu qalet li Chris Fearne dejjem ħadem għal dawk l-aktar fil-bżonn, u tafu bħala persuna li l-lealtà tiegħu dejjem kienet lejn Malta u lejn il-valuri tal-Partit Laburista. MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA PRESIDENT EMERITU “Mingħajr ħafna pompa jaħdem u jbiddel ħajjet in-nies bħalma għamel kemm bħala Ministru kif ukoll bħala Deputat Prim Ministru. Imbagħad Chris bħala tabib u kirurgu bravu speċjalizzat fit-tfal tgħallem kif jieħu deċiżjonijiet urġenti dejjem b’risq il-pazjent, u dal-pajjiż u l-Partit li jien ħdimt fih minn meta kelli sittax-il sena għandhom bżonn fejqan immedjat u għalhekk nemmen li Chris Fearne huwa l-għażla tal-mument.” Il-President Emeritu qalet li Chris Fearne jifhem l-uġigħ ta’ dawk li taw ħajjithom għall-Partit u għal-pajjiż, u għalhekk temmen li Chris Fearne huwa l-Prim Ministru li pajjiżna għandu bżonn, biex il-Maltin joħorġu minn dan il-mument diffiċli, imġedda, imsaħħa u maqgħudin.