У нас вы можете посмотреть бесплатно NEFQA SOĊJALI T’AKTAR MINN €843 MILJUN F’DISA’ XHUR или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • U nibqgħu fuq l-istess tema soċjali. Żieda oħra li ta l-Gvern għal din is-sena lill-pensjonanti kienet ir-raġuni primarja għal nefqa soċjali t’aktar minn tmien mija u tlieta u erbgħin miljun ewro fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena. Skont statistika tal-NSO, il-Gvern investa kważi tlieta u tletin miljun ewro aktar fil-pensjonijiet u żied in-nefqa wkoll fiċ-children’s allowance u l-għotja għall-persuni b’diżabilità. Dan apparti li imbagħad kellek tnaqqis fin-nefqa ta’ benefiċċji soċjali marbuta mal-Covid-19. Id-dettalji f’dan is-servizz li jmiss. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT ARKIVJI Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, in-nefqa soċjali żdiedet riżultat ta’ żieda qawwija fin-nefqa tal-Gvern fil-pensjonijiet, hekk kif fil-Budget għal din is-sena, il-Gvern kien ta żieda oħra lill-pensjonanti ta’ ħames ewro fil-ġimgħa. Statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet li n-nefqa fil-pensjonijiet bejn Jannar u Settembru li għadda kienet ta’ kważi tlieta u tletin miljun ewro aktar mill-istess perjodu tas-sena l-oħra. L-NSO nnota ż-żieda fin-numru ta’ pensjonanti fl-ewwel tliet kwarti ta’ din is-sena. Fil-fatt dawn żdiedu b’elfejn mitejn u tmenin. In-nefqa soċjali tal-Gvern bejn Jannar u Settembru li għadda kienet ta’ tmien mija u tlieta u erbgħin miljun u seba’ mitt elf ewro. Dan fisser żieda ta’ tlieta punt tlieta fil-mija aktar fuq l-ewwel disa’ xhur tas-sena l-oħra. L-akbar żieda fin-nefqa kienet fil-benefiċċji kontributorji, bħall-pensjonijiet, il-bonus li jagħti l-Gvern u anki l-pensjoni tar-romol. F’dawn l-aħħar żewġ benefiċċji il-Gvern investa żewġ miljun u erba’ mitt elf ewro u erba’ miljun u mitt elf ewro aktar rispettivament. Skont l-NSO imbagħad kellek tnaqqis fin-nefqa ta’ benefiċċji soċjali marbuta mal-Covid u l-pensjoni tal-invalidità fost oħrajn. Bejn Jannar u Settembru li għadda wkoll żdiedet bi tnejn punt tmienja fil-mija n-nefqa fil-benefiċċji mhux kontributorji, bħall-allowance għall-persuni b’diżabilità u ċ-children’s allowance. In-nefqa fil-benefiċċji mhux kontributorji fl-ewwel disa’ xhur tal-elfejn wieħed u għoxrin laħqet il-mija u ħamsin miljun u mitt elf ewro. L-akbar żieda f’dawn it-tip ta’ benefiċċji marret għal allowance li jieħdu l-persuni b’diżabilità, hekk kif din żdiedet b’żewġ miljun u tliet mitt elf ewro. Kien hemm żieda wkoll ta’ miljun u tmien mitt elf ewro fl-għajnuna supplimentari u ta’ miljun u sitt mitt elf ewro fiċ-children’s allowance. Għal dan l-aħħar benefiċċju, għal din is-sena l-Gvern kien żied iċ-children’s allowance għall-familji bi dħul baxx u medju fejn familja tipika b’żewġt itfal ħadet żieda massima ta’ mija u erbgħin ewro. Dan apparti li t-twessigħ tal-in-work benefit wassal f’żieda fin-nefqa ta’ sitt mitt elf ewro. F’dawn l-ewwel tliet kwarti ta’ din is-sena, erbgħa u ħamsin elf, tmien mija u sebgħin ruħ gawdew minn pensjoni filwaqt li kellek tlieta u erbgħin elf, ħames mija u sebgħa u tmenin familja li gawdew miċ-children’s allowance.