У нас вы можете посмотреть бесплатно Irxoxt 2017 - Banda Birżebbuġa A.D. 1990 (12/14) или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
L-Irxoxt tal-Banda Birżebbuġa (Tal-Iljun)(Tal-Ħodor) jerġa' joħroġ wara 18-il sena. L-aħħar li kien ħareġ kien f'Jum l-Għid il-Kbir tal-1999. Il-Knisja kienet poġġiet taħt pressjoni lis-Soċjetà b'theddid li ma tistax toħorġu iktar u trid tagħmel apoloġija. Hu dam ġewwa għal 18-il sena sakemm matul il-Ġimgħa Mqaddsa tal-2017 il-knisja tat permess biex il-Vara tas-Soċjetà tagħna toħroġ mill-ġdid. _________________________________________________________________ Rapport fuq tvm.com.mt ta' Jum L-Għid 16 t'April 2017 Sorsi: http://www.tvm.com.mt/mt/news/l-irxox... Soċjetajiet mużikali f'diversi rħula llum ħarġu l-istatwa tal-Irxoxt wara nuqqas ta' snin twal jew saħansitra għall-ewwel darba. Dan wara li kien hemm tibdil fid-direttivi tal-Knisja fir-rigward ta' vari ġodda li joħorġu mill-każini. Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa ħarġet l-Irxoxt tagħha llejla bejn is-6.00pm u s-7.30pm f'ċelebrazzjoni li, kif mistenni, kienet akkumpanjata mill-banda. Il-President Alex Caruana qal lil tvm.com.mt li fl-aħħar tliet snin, bħala Soċjetà, reġgħu bdew jikkomunikaw mal-Kurja sabiex il-vara, li tlestiet fl-1999 mill-iskultur Alfred Camilleri Cauchi, tkun tista' tinħareġ mill-każin bil-barka tal-Knisja. Dan peress li fl-Għid ta' dik is-sena s-Soċjetà kienet ħarġet il-vara ġdida bil-permess tal-Pulizija, iżda b'konsegwenza li spiċċat f'diżgwit mal-Kurja, li dak iż-żmien ma riditx li jinħarġu statwi ġodda tal-Irxoxt. Dan id-diżgwit ikkomprometta s-sehem tal-banda fil-festa titulari, u għalhekk il-banda għamlet apoloġija u ma ħarġitx iktar l-Irxoxt fi 18-il sena. L-istatwa tal-Irxoxt illejla nħarġet għall-ewwel darba wara ħafna snin ukoll fil-Kalkara. Fis-6.30pm illum l-Għaqda Mużikali San Ġużepp ukoll ħarġet il-vara tagħha wara nuqqas ta' 18-il sena. Din il-vara hija wkoll xogħol tal-iskultur Alfred Camilleri Cauchi. Statwa kompletament ġdida li nħarġet ukoll illum hija dik fis-Siġġiewi. Siġġiewi Brass Band ħabbru sentejn ilu li se tkun ikkummissjonata vara tal-Irxoxt, li tlestiet din is-sena b'xogħol tal-iskultur Joseph Cutajar Zahra. Din inħarġet mill-każin fl-4.00pm. Meta mistoqsi minn tvm.com.mt , kelliem għall-Kurja ma kkonfermax li kien hemm dan it-tibdil fid-direttivi, iżda kkonferma li f'attivitajiet mhux organizzati mill-Parroċċa, l-Irxoxt se jkun jista' jinħareġ mill-każini bil-permess tal-Pulizija. _________________________________________________________________ Servizz ieħor fuq ONE News - L-IRXOXT TA’ B’BUGIA SE JERĠA’ JOĦROĠ. (15 t'April 2017) Sorsi: https://www..com/watch?v=dajbFS1Q0nk