У нас вы можете посмотреть бесплатно FOLLA KBIRA SSELLEM LILL-PM ABELA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT - U għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar il-Prim Ministru Robert Abela wasal Kastilja fejn daħal għall-ewwel darba fl-uffiċċju tiegħu minn fejn beda mill-ewwel bil-ħidma tiegħu biex imexxi lill-pajjiżna għas-sentejn u nofs li ġejjin. Huwa għamel dan wara li mexa mill-Palazz tal-President sal-Berġa ta’ Kastilja fejn kellu ċ-ċans jiltaqa’ u jieħu b’idejn in-nies li marru l-Belt biex isellmulu. KITBA O.GALEA / S.LUCAS FILMAT ALEX BORG Malli xiref mill-Palazz tal-President bħala Prim Ministru ta’ Malta f’misraħ San Ġorg, il-Prim Ministru Robert Abela ntlaqa’ minn folla kbira li nġabret biex issegwi l-ġurament tal-ħatra tiegħu bħala l-prim ministru ta’ pajjiżna. F'kummenti lill-midja Dr Abela tenna li jinsab emozzjonat u fl-istess waqt sodisfatt li ser ikun qed imexxi lil pajjiżna. SOT 1 ROBERT ABELA PRIM MINISTRU Sodisfatt ħafna bil-privileġġ li ser ikolli biex inservi lill-poplu Malti. Wara l-ġurament akkumpanjat minn martu u minn bintu, huwa mexa tul triq ir-Repubblika fejn sellem lill-pubbliku fl-isfond tal-għajta Robert, Robert. Dr Abela nħatar Prim Ministru ta’ Malta wara li kmieni l-Ħadd filgħodu ġie elett mexxej tal-Partit Laburista. Malli wasal fi Pjazza Kastilja Robert Abela sabet tistennih ġemgħa oħra ta’ nies. Jistennewh ukoll il-ħaddiema kollha tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Wara li l-ħaddiema sellmu lil Dr Abela u lil martu u lil bintu, huwa ntlaqa' wkoll mill-membri parlamentari Laburisti fosthom id-deputat prim ministru Chris Fearne u uffiċjali tal-Partit Laburista. Dan qabel ma daħal fil-kamra tal-kabinett u fl-uffiċċju tiegħu fejn sab ittra mill-ex prim ministru Joseph Muscat. One News tkellem ma' bosta persuni li assistew b'ħerqa għall-ġurament tal-Prim Ministru. Fost oħrajn tkellima mal-mara li mar fuqha l-Prim Ministru mal-wasla tiegħu fi Pjazza San Ġorg. FILMAT TA’ ROBERT JIĠRI Ferħ hu, Prim Ministru jiġi fuqek l-ewwel, ħassejtni naqa eċitata. ( Rajtu ġie jiġri fuqek ) Iva għalija ġie. Bosta faħħru wkoll il-karattru tal-Prim Ministru l-ġdid u awgurawlu għall-ħidma tiegħu fit-tmexxija tal-pajjiż. “Bniedem jaf imur man nies u jiġbed lin-nies” “Bniedem ta' fibra u navdaw fih cento per cento” “Jalla jkompli fuq dak li ħalla ta' qablu hux u hu tifel mir-raħal dak minn Ħal Tarxien, kburin.” Niwgurawlu minn qalbna u ningħaqdu l-Laburisti kollha flimkien.