У нас вы можете посмотреть бесплатно IN-NEFQA SOĊJALI TAL-GVERN ŻDIEDET BI KWAŻI €81 MILJUN F’SENA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • In-nefqa soċjali matul is-sena li għaddiet kienet kważi €81 miljun iżjed mis-sena ta’ qabel. Dan ħabbru l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, meta spjega kif is-sena l-oħra n-nefqa soċjali kienet tisboq il-biljun u mitejn miljun ewro, li jfisser żieda ta’ 7.2 fil-mija fuq sena qabel. In-nefqa fil-benefiċċju kontributorji, jiġifieri bħall-pensjonijiet, żdiedet matul l-2022. Fil-fatt fuq pensjonijiet biss, riżultat ta’ aktar nies li rtiraw u bdew jirċievu pensjoni iżda anki riżultat ta’ żieda oħra li ta l-Gvern, in-nefqa kibret b’aktar minn €35 miljun. Kien hemm żieda wkoll fin-nefqa għall-pensjoni tar-romol u l-bonuses, li wkoll żdiedu bil-Budget tal-Gvern. Kien hemm żieda wkoll fin-nefqa tal-benefiċċji mhux kontributorji fosthom riżultat tal-mekkaniżmu addizzjonali għall-għoli tal-ħajja li daħħal il-Gvern lejn l-aħħar tas-sena l-oħra. Fuq dan u l-għajnuna lill-vulnerabbli, iż-żieda kienet qrib it-€18-il miljun. Għotjiet oħra għall-persuni b’diżabilità u l-carer’s grant ikkontribwixxew għal żidiet fin-nefqiet tal-benefiċċji mhux kontributorji li jisbqu s-€6 miljun magħduda flimkien. Dawn iż-żewġ benefiċċji reġgħu raw żieda din is-sena wkoll bil-Budget li tħabbar f’Ottubru li għadda. Dan apparti żieda ta’ miljun ewro fiċ-children’s allowance matul l-2022. Miċ-children’s allowance, matul is-sena l-oħra, gawdew qrib il-45,000 familja u mill-in-work benefit, fejn aktar nies daħlu fid-dinja tax-xogħol u l-benefiċċju tal-qgħad inqatgħalhom gradwalment, kien hemm aktar minn 17,000 ruħ. Intant, il-Prim Ministru Robert Abela, ikkummenta fuq il-midja soċjali dwar il-konferma min-naħa tal-NSO li l-investiment fil-qasam soċjali laħaq livelli rekord. Il-Prim Ministru għamilha ċara li l-Gvern mhux se jieqaf hawn. Fil-fatt, din il-ġimgħa se jitħallsu l-Carer's Grant u l-In-Work Benefit imsaħħa. B’hekk, il-Gvern se jkun qed jibqa’ jinvesti fin-nies billi jwettaq dak li wiegħed.