У нас вы можете посмотреть бесплатно ŻAGĦŻUGĦA TMUT WARA LI NĠARRET MILL-MEWĠ TAL-BAĦAR или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • ŻAGĦŻUGĦA TMUT WARA LI NĠARRET MILL-MEWĠ TAL-BAĦAR Tfajla Filippina tilfet ħajjitha u tlieta oħra ġew salvati wara li spiċċaw f’diffikultà serja fil-baħar f’Tas-Sliema. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija ġew infurmati li xi persuni nġarrew mal-mewġ tal-baħar fl-inħawi tal-bajja ta’ Font Għadir f’Tas-Sliema. Minn hawn skattat operazzjoni bis-sehem ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u mill-Forzi Armati ta’ Malta li bdew minnufih bit-tfittxijiet. Dan sar ukoll permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta u bil-lanċa tas-salvataġġ Melita II. Preżenti fuq il-post kien hemm ukoll tim mediku u tabib tal-emerġenza flimkien ma’ Pulizija mir-Rapid Intervention Unit. Mal-wasla tagħhom fuq il-post, il-Pulizija sabu tliet tfajliet li rnexxielhom jitilgħu waħedhom mill-baħar, iżda t-tfajla l-oħra kienet għadha ma nstabitx. Wara tfittxija mill-Forzi Armati u l-Protezzjoni Ċivili, ittellgħet l-art tfajla ta’ nazzjonalità Filippina fl-inħawi tal-bakka ta’ Fond Għadir. Hija ngħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post, wara li nstabet mitlufa minn sensiha, qabel ittieħdet għall-kura fl-isptar Mater Dei. It-tliet tfajliet l-oħra ttieħdu wkoll l-isptar permezz ta’ diversi ambulanzi. In-natura tal-ġrieħi tagħhom għadhom pendenti. Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġiterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.