У нас вы можете посмотреть бесплатно ĦARSA PROFONDA LEJN IL-ĦAJJA TA’ MISSIER MALTA ĦIELSA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Bijografika xjentifika ser tagħti l-opportunità lill-qarrej sabiex iħares b’mod profond lejn il-personalità u l-ħajja ta’ wieħed mill-ikbar ġganti fl-istorja politika Maltija, il-Perit Duminku Mintoff. Patri Mark Montebello qed joffri din l-opportunità li wieħed isir jaf lil missier Malta ħielsa mill-qrib permezz tal-bijografija xjentifika mill-pinna tiegħu frott erba’ snin sħaħ ta’ riċerka. KITBA: COLIN DEGUARA FILMAT: JOE GRECH / ARKIVJI Bijografija xjentifika qed tħares fil-fond lejn wieħed mill-ikbar ġganti fl-istorja politika Maltija, il-Perit Duminku Mintoff. Dan mill-pinna ta’ Patri Mark Montebello fil-ktieb tiegħu bl-isem ‘The Tail that Wagged the Dog: The Life and Struggles of Dom Mintoff (1916-2012). Din il-bijografija, li daqt ser tkun ippubblikata ġiet imħabbra lill-pubbliku f’attività imtella’ mill-aġenzija tal-kotba SKS, it-Tokk, fir-Rabat Għawdex. Għal din l-attività kien hemm ukoll preżenti Maria Bartolo u Charles Hili, li huma qraba ta’ Mintoff minn Għawdex, minn fejn ġew iż-żewġ naħat tan-nanniet tiegħu min-naħa ta’ missieru. L-awtur Dr. Montebello spjega kif l-isem tal-ktieb juri s-sinifikat kbir tal-Perit Duminku Mintoff li b’ċertu ħila rnexxielu jmexxi n-nazzjon u jġib bidliet kbar. Stqarr kif b’erba’ snin ta’ riċerka llum qed iwassal mera ta’ dak li qajjem lil Malta fuq saqajha meta l-iktar kellha bżonn. PATRI MARK MONTEBELLO AWTUR TAL-KTIEB “Ir-riċerka għaliha kienet ilha sejra mill-2013, erba’ snin sħaħ, il-kitba tagħha, tliet snin u nofs, l-intervisti li saru, l-arkivji li żort, kollha kienu għal dan il-ktieb li għalina kien importanti li nagħmluh bl-akbar serjetà. Hawnhekk għandna r-ruħ ta’ Malta u Għawdex imma wkoll ir-ruħ ta’ bniedem li għamel differenza kbira fil-ħajja tagħna lkoll.”