У нас вы можете посмотреть бесплатно DAĦLU LURA INKISS INKISS BIEX MA JITILFUX €50 MILL-ONORARJA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT •Wara li, il-ġimgħa li għaddiet, Bernard Grech ħareġ lill-Oppożizzjoni ’l barra mill-Parlament għax m’għaddietx tiegħu, numru ta’ deputati reġġgħu daħlu lura inkiss inkiss biex ma jitilfux flus mill-onorarja, li tiddependi fuq l-attendenza tagħhom. KITBA: ONE NEWS FILMATI: PARLIAMENT TV / ARKIVJI Meta nhar it-Tlieta li għadda l-Oppożizzjoni reġgħet għażlet li tibbojkottja s-seduta Parlamentari għax m’għaddietx tagħha, quddiem il-kameras id-deputati Nazzjonalisti ħarġu jiġru ’l barra mal-Kap Bernard Grech. Minkejja dan, il-gazzetta KullĦadd żvelat kif uħud minnhom sfidawh u daħlu lura jew marru xorta l-Parlament, primarjament biex jgħaddu l-kard tagħhom mis-sistema Parlamentari u ma jidhrux li kienu assenti bla raġuni u jispiċċaw bl-onorarja mnaqqsa. Il-KullĦadd irrapportat li, biex il-mossa politika tidher fuq it-televixin, kulħadd qabad il-basket u deher jikkopera. Minkejja dan, kien hemm min, bil-kwiet, reġa’ daħal xħin ikkalmaw l-affarijiet. Dawk li daħlu qagħdu għal ftit minuti ġewwa biex, minkejja li l-Oppożizzjoni kienet assenti mill-Parlament, iserrħu moħħhom li ma titnaqqsilhomx €50 kull wieħed mill-onorarja minħabba n-nuqqas ta’ preżenza tagħhom. Jidher li din il-mossa ġabet rabja kbira fil-Partit Nazzjonalista, bi strateġisti fid-Dar Ċentrali jgħidu li dawn id-deputati imminaw id-deċiżjoni u l-awtorità tal-Kap tagħhom stess. Iżda, fl-istess ħin, jirriżulta li fost id-deputati kien hemm ukoll id-diskors li ma jistax ikun jiddeċiedu dwar mossi ta’ dan it-tip mingħajr imqar ma jkunu mgħarrfin bihom jew anke jiġu kkonsultati qabel. L-istess deputati fesfsu internament li l-Kap kien jaf li ma kienx qiegħed jimxi skont l-istanding orders tal-Parlament u, għalhekk, ma kellux jitlef ruling jumejn wara xulxin. Sorsi fid-Dar Ċentrali qalu li mhux sinjal tajjeb li l-Kap tal-Oppożizzjoni, jumejn wara xulxin, wera li lanqas il-bażiku ta’ kif jaħdem il-Parlament ma jaf. Dawn kienu kritiċi wkoll għall-mod kif l-Oppożizzjoni, meta ħarġet ’il barra, ibbojkottjat dibattitu fuq suġġett sensittiv ħafna: dak tal-vjolenza domestika.