У нас вы можете посмотреть бесплатно HANNAH - Festa или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
Kanzunetta Finalista ta' Mużika Mużika 2025 Kompożituri: Bettina Muchmore u Philippa Naudi Awturi: Bettina Muchmore, Philippa Naudi u Lara Agius Diretturi Artistiċi: Luke Azzopardi u Steven Levi Vella Direzzjoni Viżiva: Clive Brincat Disinjatur Grafiku: Mike Zerafa Disinjatur tax-Xenografija: Philip Sultana Ilbies: Luke Azzopardi Studio Xagħar: Lune Noire Irtokk: Gabrielle Grungo Extras: Mark Sacco, Joseph Mifsud, Zack Theuma, Lucas Portelli, Charlon Curmi, Brian Portelli, Robert Bajada, Matthew Sultana, Sebastian Portelli, Paul Psaila, Kristen Grima Ħajr: Teatru Tal-Opra Aurora Doris Bugeja _______________________ Lirika: Il-festa tagħna il-festa tagħna Konna għadna tfal l-ewwel darba li rajtek u int tbissimtli u qalbi fdajtlek bejn il-karti kkuluriti jiżfnu ż-żiffa t’Awwissu s-sema mitt kulur u n-nies jaqbżu fil-briju Id-daqqa tat-tambur iżżomm pass pass mat-taħbita ta’ qalbi ħsibt li xi ħadd kien fl-aħħar sema’ talbi Pruvajt nersaq lejk imma friżajt dak il-ġisem isbaħ minn kull vara oħra li qatt rajt minn dejjem kont naf li kont nagħmel kollox għalik Imissni rajt is-sinjali li dawk il-wegħdiet kollha kienu banali kliemek minn dejjem kien letali ‘qas ħaqq il-ħela ta’ ħin niġġebbed fil-petali Niġri niġri nitla’ l-ġostra, lilek qatt ma nilħqek qisek xi murtal fis-sema, nilmħek u nitilfek inħarsu nħarsu lejn xulxin bandisti għaddejjin daqshekk għaddejna ħin fil-festa tagħna Il-festa tagħna il-festa tagħna B’riħa ta’ birra u għaraq ilmaħtek x’int b’saħħtek tfajla oħra tidħak fuq spalltek tiżfen, tixrob u tgħid Nixtieq ngħidlek li aħjar qatt ma ltqajna li Alla ħares jkun hemm xi ħadd warajja għalik jiena qatt ma kont biżżejjed għax kull żball li għamilt, għalik dnub mejjet Niġri niġri nitla’ l-ġostra, lilek qatt ma nilħqek qisek xi murtal fis-sema, nilmħek u nitilfek inħarsu nħarsu lejn xulxin bandisti għaddejjin daqshekk għaddejna ħin fil-festa tagħna Il-festa tagħna il-festa tagħna Dan mhux post il-biki nerġa’ ngħid lili nnifsi taħt sema kuluri imma jien wiċċ id-duluri Niġri niġri nitla’ l-ġostra, lilek qatt ma nilħqek qisek xi murtal fis-sema, nilmħek u nitilfek Il-vara ħarġet u reġgħet dieħla imma issa hemm ser tibqa' daqshekk għaddejna ħin… Il-vara ħarġet u reġgħet dieħla imma did-darba hemm ser tibqa’ għal dejjem ta’ dejjem Ammen.