У нас вы можете посмотреть бесплатно MIETET B’DAQQIET TA’ SIKKINA F’GĦONQHA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • Mill-awtopsja fil-qtil ta’ Nicolette Ghirxi ta’ 48 sena fl-appartament tagħha fis-Swatar, li seħħ fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, jirriżulta li l-mara mietet kawża ta’ diversi daqqiet ta’ sikkina f’għonqha. Mill-aħħar żviluppi relatati mal-każ, ukoll sar magħruf x’kien l-aħħar kliem li lissen l-allegat qattiel u eks sieħeb tagħha, l-Irlandiż Edward William Johnston ta’ ħamsin sena, qabel spiċċa nqatel mill-Pulizija f’San Ġiljan wara li naqas li jċedi u heddidhom b’dik li dehret bħala pistola. Intant l-aħħar tislima lil Nicolette se ssir nhar is-Sibt li ġej fis-Santwarju tal-Ħniena Divina fin-Naxxar, fit-tmienja u nofs ta’ filgħodu. Ħabbret dan f’kitba fuq Facebook, in-neputija ta’ Nicolette, u ħeġġet lin-nies biex dawk li se jattendu għall-funeral, jevitaw milli jilbsu l-iswed. KITBA: SHANAYA FARRUGIA FILMAT: ARKIVJI Nicolette Ghirxi nqatlet b’diversi daqqiet ta’ sikkina f’għonqha, skont dettalji li ħarġu fil-beraħ wara li t-Tlieta filgħodu tlestiet l-awtopsja fuq il-katavru tagħha. Il-mara ta’ 48 sena nstabet bla ħajja wiċċha ’l fuq fl-appartament tagħha fis-Swatar, fil-limiti ta’ Birkirkara, fis-satra tal-lejl bejn il-Ħadd u t-Tnejn. Hi nqatlet ftit sigħat qabel allegatament mill-eks sieħeb tagħha, l-Irlandiż Edward William Johnston, li, f’konfront mal-Pulizija f’Paceville, ammetta r-reat u ta d-dettalji tal-post fejn seħħ. Ir-raġel spiċċa jinqatel wara li ma riedx iċedi u jitlaq minn idu dik li dehret arma tan-nar, waqt li hedded u pprova jaggredixxi lill-uffiċjali li ċċirkodawh. Mill-awtopsja tal-Irlandiż ta’ ħamsin sena nnifsu, ġie konkluż li hu ntlaqat minn tliet tiri f’sidru, li kienu fatali. Ġie rrapportat li, minn filmati li ttieħdu mill-bodycams tal-Pulizija fuq il-post f’San Ġiljan, l-aħħar kliem ta’ Johnston qabel ta l-assalt għal fuq wieħed mill-uffiċjali, li kienu kostretti jiftħu n-nar fuqu, kien “Intom lesti, għax jien lest?!”. F’dak il-ħin, l-arma li kien qed jipponta lejn rasu stess, immiraha lejn il-Pulizija. Wara rriżulta li l-oġġett f’idu kien replika proprja ta’ arma tan-nar. Waqt li ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post, Johnston miet fl-Isptar Mater Dei fejn ittieħed b’ambulanza. Filwaqt li għadu mhux magħruf kif ir-raġel kiseb aċċess għall-appartament ta’ Ghirxi fi Triq Maestro Giuseppe Busuttil jew kemm dam ġewwa qabel seħħ id-delitt, jirriżulta li hu telaq minn Birkirkara lejn il-Lukanda Hilton f’San Ġiljan fejn hedded lil impjegat billi qallu “Ġibli birra jew nisparalek”. Skont it-Times, sorsi qrib l-investigazzjoni qalu li hu daħal fil-lukanda għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija u talab lill-impjegat wara l-bar biex jagħmillu jixrob. L-impjegat qal lil Johnston li l-bar kien magħluq, iżda li kienu se jiċċekkjaw ma’ kollegi oħrajn jekk dan hux possibbli. Meta l-barman reġa’ lura, Johnston ħareġ il-pistola finta u heddu biha. Kien f’dan il-mument li ssejħet il-Pulizija. Minn rapporti wkoll internazzjonali wara li seħħ dan il-każ, jidher li dan ma kienx l-ewwel konfront ta’ Johnston mal-pulizija. Il-familja tal-vittma qalet ukoll lit-Times li kien ftaħar magħha li kien involut f’theddida ta’ bomba fi Glasgow fl-2012.