У нас вы можете посмотреть бесплатно L-ISTATUT JITLOBHOM JITQANNEW BIH MINN TAL-INQAS SENA OĦRA или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • U skont l-istatut tal-Partit Nazzjonalista approvat ukoll b’emendi ftit tal-jiem ilu, vot ta’ sfiduċja fil-Kap ma jistax jitressaq qabel ma jgħaddu sentejn mindu tkun tressqet mozzjoni simili. Delia affaċċja vot ta’ sfiduċja fil-Kunsill Ġenerali, kważi sena ilu. Dan il-punt fl-istatut huwa daqqa ta’ ħarta għal dawk kontra Delia li jridu jfittxu li ma jitilfux ħin u jwarrbu lil Delia minn Kap tal-Partit Nazzjonalista. Sa issa rnexxielhom joħorġuh minn kamra tal-Oppożizzjoni fil-Parlament hekk kif ta’ Therese Comodini Cachia kkapparrawlu l-kamra għal-laqgħat konfoffi u mimlija intriċċi. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT ARKIVJI Il-kobba fil-Partit Nazzjonalista kompliet titħabbel u s-sitwazzjoni qed tikkumplika ruħha iżjed. Dan hekk kif filwaqt li fil-kumitat eżekuttiv tat-Tlieta filgħaxija se ssir pressjoni biex dawk li sfiduċjaw lill-Kap Adrian Delia jiġu murija l-bieb, tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u li issa huma wara Therese Comodini Cachia jridu jneħħu lil Delia minn Kap tal-partit. Il-kelma qed tiġri li lil Delia jisfiduċjawh fil-Kunsill Ġenerali li jitlaqqa’ wara li jinġabru l-firem bħal ma sar is-sena l-oħra. Iżda hawn hekk tqum problema hekk kif l-istatut tal-Partit Nazzjonalista, emendat u approvat ftit tal-jiem ilu jgħid b’mod ċar li mozzjoni simili ta’ sfiduċja fil-Kap, ma tiġix ikkunsidrata qabel jgħaddu sentejn. Delia affaċċja vot ta’ fiduċja f’Lulju tas-sena l-oħra u li kien rebaħ iżda terz tal-Kunsill Ġenerali kienu qalu li ma jriduhx. B’hekk minn dan il-vot ta’ sfiduċja f’Delia li ma rnexxiex għall-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, għaddha ħa tgħaddi sena. Dan ifisser li filwaqt li kien hemm min huwa wara Comodini Cachia, li ra li l-affarijiet jista’ jġibhom żewġ u jtajjar lil Delia, issa intebaħ li skont l-istatut se jkollu jitqanna b’Delia, almenu għal sena oħra qabel ma jressaq vot ta’ sfiduċja fih fl-organu tal-Partit Nazzjonalista, il-Kunsill Ġenerali. Intant il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jinsab urtat li ta’ Therese Comodini Cachia kkapparraw il-kamra tal-Parlament tal-Oppożizzjoni. Delia kien iħobb ilaqqa’ l-grupp parlamentari tiegħu fil-kamra tal-Oppożizzjoni fil-binja tal-Parlament iżda issa dawk li sfiduċjawh ħadu l-kamra f’idhom u qed jiltaqgħu hemm. B’hekk nifhmu li Delia kien kostrett li ma jkunx jista’ jorganizza laqgħat fil-kamra tal-Oppożizzjoni fil-Parlament. Il-laqgħat qed tmexxihom Therese Comodini Cachia u fihom ikun hemm deputati Nazzjonalisti li sfiduċjaw lil Delia. Il-laqgħat konfoffi mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil komplew isiru u jiddiskutu l-mossi li jmiss wara ġimgħa mindu sfiduċjaw lil Kap Adrian Delia. Fil-laqgħat ntlemħu esponenti ewlenin mill-fazzjoni kontra Delia u oħrajn li ġew ma’ din il-fazzjoni fosthom Kristy Debono. David Thake, wieħed mill-vuċijiet u li jwassal il-messaġġi ta’ dawk li sfiduċjaw lil Delia qed ikun ukoll wieħed mid-deputati ewlenin li jipparteċipa f’dawn il-laqgħat.