У нас вы можете посмотреть бесплатно L-Imħabba t'Alla Bidlitilhom Ħajjithom / God's Love Changed Their Lives | Il-Veritá Tkisser il-Gideb или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
Dan il-Video juri biċ-car it-testimonjanzi ta' xi nies li ġejjin minn ħajja ta' background ta' lgbt. F'dan il-video huma stess jagħtu xhieda fuq ħajjithom, ta' kif minn meta kellhom inkontru ħaj mal-Kelma t'Alla u b'mod speċifiku - ma l-Imħabba ta' Ġesú Kristu, ħajjithom MA BAQGĦETX L-ISTESS, imma giet ittrasformata! F'pajjiżna hawn minn ilu snin jifrex gideb u qlajja kontra Pastor Gordon-John Manché u kontra River of Love - li aħna ngħamlu xi tip ta' terapija, xi tip ta' conversion therapy minħabba li bosta huma dawk in-nies li meta ltaqgħu ma' Ġesú, cioe bdew relazzjoni ħajja ma' Ġesu Kristu u l-Ispirtu S-Santu, ALLA Għamel trasformazzjoni f'ħajjithom. Ilhom mil-inqas 10 snin - bosta jgħatu xhieda pubblika li ALLA għadu jbiddel il-ħajja ta' mijjiet u eluf ta' nies, u minn dawn hemm ukoll dawk li ġew minn ħajja passata ta' gay, lesbian eċċ.. Hemm min li, tgħidilhom kemm tgħidilhom, qisu KOLLOX GĦALXEJN għax veru mhux qed jisimgħu - jew inkella aħjar, MA' JRIDUX jisimgħu! Hija ċara - għal min irid jara - li hemm aġenda qarrieqa, korrotta u inġusta minn xi wħud li jridu jippruvaw jaħtfu l-LIBERTÁ ta dawk kollha li ma joġgħobhomx jitkellmu xi jgħid Kliem Kristu sew fit-Testment il-Qadim u kif ukoll, bil-bosta fit-Testement il-Ġdid! Xi wħud jippruvaw iħammġu billi kliem Kristu u ALLA jsejħulu xi tip ta' 'Hate Speech', pero jekk iridu nkunu nies ta' rieda tajba u nħobbu l-Veritá u nkunu onestii u integri, Kliem Kristu - għal min jemmnu u għal min qed ifittex spiritwalment u jfittex fejn hija l-Veritá, Kliem Kristu żgur mhux 'hate speech' imma imma kliem ta' mħabba pura tal-għaġeb, imma għal minn jobgħod lil Ġesú, kliem għalihom huwa pjuttost 'speech which they hate'! Ġesú Kristu huwa ħaj, Huwa l-Veritá, u eluf ta' Maltin u Għawdxin jemmnuh minn qalbhom, u miljuni fuq miljuni oħra ta' nies minn madwar id-dinja jħaddnuh u jgħożżuh u jippruvaw jgħixuh! (Kristjani hawn bejn 2.5/3 Billjun fid-dinja). Dawn l-istess nies li ilhom iħammġu lil Pastor Gordon-John Manché bil-gideb, qed jgħamluha ċara li jobgħodu lil Alla u jobgħodu kliem Kristu u saħansitra jobgħodu l-libertá tat-twemmin u l-għażla libera tal-bniedem. Jekk bniedem jidhirlu li jrid jimxi fuq Kliem Kristu Ġesú, iħaddnu u jipprattikah - dak huwa totalment, affari tal-individwu. Alla ma jisforza lil ħadd. Quddiem Alla kulħadd liberu li jemmen li jrid. Jekk temminx li dawn huma ġenwini jew le, jekk taqbilx magħhom jew le, l-issue hija din, GĦANDHOM KULL DRITT SAGROSANT jemmnu li jridu. Kulħadd jgħamel li jrid hu/hi b'ħajtu u jekk iridu ngħixu f'ħajja demokratika irridu nitgħallmu ngħixu ma nies ta' diversi ideali, twemmin u stil ta' ħajja, saħansitra ma dawk li ma naqblux magħhom jew huma magħna. Irridu nirrispettaw lil kulħadd u nħallu lil kull bniedem jiddeċiedu hu għalih nnifsu. Din hija soċjetá li vera temmen u tipprattika l-ugwaljanza u demokratika! Sfortunatament għad hawn min jaħseb li d-dritt tal-libertá tiegħu hija għola jew iktar importanti minn ta' ħadd ieħor, u għalhekk jibdew jibbulijjaw, iħammġu lil dak li jkun eċċ... Il-Libertá tiegħek, bl-ebda mod ma tista qatt tkisser il-libertá tiegħi u viċe versa. Kullħadd huwa liberu li jemmen li jrid, ifittex fejn irid, jirċievi għajnuna fejn irid u jipprattika li jrid mingħajr ma jisraq il-libertá ta' ħadd ieħor. Din hija veru Malta u Għawdex demokratika! Le, la Pastor Gordon-John, u lanqas ħadd ma qatt fil-komunitá-knisja River of Love ipprattika xi tip ta' hekk imsejjħa "conversion therapy". Xogħol Dr. Manché huwa xogħol evanġelistiku u pastorali u mhux terapista. Punto e Basta! Nixtiequ ngħidu li f'Malta, matul iż-żmien kien ilu jkun hemm nies li smajna bihom u ltqajna magħhom, minn kwalinkwe background ta' ħajja - li ltaqgħu ma' Kristu (f'diversi komunitajiet Nsara, Kariżmatiċi, Neo-Katekumenali, Pentekostali, Evanġeliċi eċċ ) u Alla biddlilhom ħajjithom! Alla ħa jibqa jbiddel il-qlub tan-nies u għax Ġesú Kristu huwa vera Ħaj u għadu jżur lil kull min isejjaħlu jiġu f'ħajtu u jittrasformah! Videos oħra fuq l-istess tema: 1. • Ġesú Ħelisni mid-Droga u Minn Ħajja Misħut... 2. • Alla wera Ħniena Magħha u Ħelesha mill-Ħak... 3. • Meta Nfetħuli Għajnejja! | Matthew Grech &... 4. • Minn Abbużat għal-Transformat! | John Mark... 5. • Ġodda fi Kristu (2) - Minn Abbużat għal T... 6. • Ġodda fi Kristu (1) - Kif Persuna Tinbidel... 7. • Testimonjanza ta' Joseph Gatt. Mid-Dlam Gh... Żur iċ-channel X-OUT-LOUD EUROPE: / @x-out-loud Għal xi Skritturi mil-Bibbja Mqadda fuq dan is-suġġett tista taqra u timmeditá fuq dawn: 1. Romani 1:18-32 2. 1 Korintin 6: 9-11 3. Galatin 5: 16-21 4. 1 Timotju 1: 5-11 5. Ġuda (Jude) 1: 3-8, 18-23 6. Revelazzjoni/Apokalissi 9: 20-21 7. Revelazzjoni/Apokalissi 21: 8 Matthew 7: 13-14, “Enter through the narrow gate; for the gate is wide and the way is broad that leads to destruction, and there are many who enter through it. 14 For the gate is small and the way is narrow that leads to life, and there are few who find it.