У нас вы можете посмотреть бесплатно Proġetti b’Fondi Ewropej - Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M., Iż-Żurrieq или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina taż-Żurrieq, bl-għajnuna ta’ SEM, kisbet fondi Ewropej mill-programm Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għal żewġ proġetti li jippromwovu u jippreservaw it-tradizzjoni tal-festa Maltija fil-komunità. Dawn iż-żewġ programmi huma ġestiti mill-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea, l-EUPA. L-ewwel proġett kien skambju taż-żgħażagħ mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti, b’fondi tal-Erasmus+. L-iskambju sar ir-Rumanija fejn ġie diskuss kif iż-żgħażagħ jistgħu b’mod attiv isaħħu l-wirt kulturali fil-komunità. Is-suċċess ta’ dan il-proġett immotiva liż-żgħażagħ biex dak li tgħallmu jaqsmuh ma’ żgħażagħ oħrajn. Bħalissa, iż-żgħażagħ Palmisti qed jibbenefikaw minn fondi Ewropej mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjeta biex itellgħu numru ta’ workshops għat-tfal u ż-żgħażagħ dwar il-festa Maltija. L-ewwel parti ta’ dan il-proġett kien jinvolvi numru ta’ sessjonijiet għat-tfal tal-primarja tal-Kulleġġ San Benedittu fejn it-tfal esploraw it-tema tal-festi permezz ta’ preżentazzjoni miż-żgħażagħ Palmisti. Għat-tieni parti tal-proġett, fi xhur li ġejjin, gruppi ta’ tfal ser ikollhom l-opportunità li jżuru l-każin tas-Soċjetà Mużikali fiż-Żurrieq biex isegwu mill-qrib ix-xogħol li jsir fil-każini tal-banda u anke jmiddu jdejhom għal xi xogħol bħal-liedna tal-festa. L-għan aħħari ta’ dan il-proġett huwa li aktar tfal u żgħażagħ jifhmu l-festa Maltija mill-qrib u jitħajru jkunu attivi fis-soċjetà u fil-festi Maltin. Il-programmi Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma amministrati f’Malta mill-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea, l-EUPA. B’fondi mill-programm LEADER, amministrat mill-Fondazzjoni Gal Xlokk, is-Soċjetà stallat pannelli akustiċi, dawl u madum fis-sala tal-banda, ħarġet pubblikazzjoni tas-Soċjetà, irrinnovat il-pjan terran, il-bitħa u faċilitajiet sanitarji, stallat lift u sistema ta’ ventilazzjoni. Dawn il-proġetti bil-fondi Ewropej ikomplu jippreservaw u jippromwovu t-tradizzjonijiet tal-festa Maltija u l-identità kulturali unika ta’ pajjiżna mal-ġenerazzjonijiet iż-żgħar.