У нас вы можете посмотреть бесплатно IMUT MISSIER JOSEPH MUSCAT или скачать в максимальном доступном качестве, видео которое было загружено на ютуб. Для загрузки выберите вариант из формы ниже:
Если кнопки скачивания не
загрузились
НАЖМИТЕ ЗДЕСЬ или обновите страницу
Если возникают проблемы со скачиванием видео, пожалуйста напишите в поддержку по адресу внизу
страницы.
Спасибо за использование сервиса ClipSaver.ru
ONE.COM.MT • It-Tnejn waranofsinhar tħabbret il-mewt ta’ Salvu Muscat, missier l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat. Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu u bagħtu l-kondoljanzi lill-familja Muscat, kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela u l-Partit Laburista. KITBA: STEFAN BAJADA FILMAT: FACEBOOK / ARKIVJI Miet Saviour Muscat, missier l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat, wara li għal dawn l-aħħar sentejn kien qed jiġġieled il-marda tal-kanċer. F’kitba fuq il-midja soċjali, Dr Muscat qal kif, fl-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu, hu ma setax ikun ma’ missieru, iżda dan kien imdawwar minn ommu, martu Michelle u wliedu Etoile u Soleil. Joseph Muscat qal kif iħossu seren hekk kif missieru u hu kienu qrib fil-50 sena ta’ qabel u l-aktar f’dawn is-sentejn u nofs li għaddew. “Ħadem għall-familja u għallimni ngħożż il-bżulija. L-akbar valur għalih kienet l-edukazzjoni... Kien fost l-aktar kritiċi ħorox tiegħi fil-politika, b’mod tajjeb, għax dejjem riedni nkun aħjar. Jekk xi ħaġa tgħaddi mit-test tal-kritika tiegħu, kont naf li se tkun tajba,” tenna Dr Muscat. Żied jgħid li għallmu li għandu jħobb mhux jobgħod u li jaħdem biex jagħmel il-ġid u mhux id-deni. Fost l-oħrajn, Joseph Muscat rringrazzja lil Dr Nick Refalo, lill-ħaddiema kollha tas-SAMOC, li kienu magħhom fit-triq kollha, lill-eks Ministru Chris Fearne u lill-Ministru Jo Etienne Abela, b’dan tal-aħħar qatt ma telqu minn taħt għajnejh bħala pazjent. Sadanittant il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela sellem il-memorja ta’ missier Joseph Muscat, permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, fejn saħaq kif Salvu hu persuna li kull meta kellmu ra fih raġel mill-aktar ġentili u ta’ valuri sodi. Bagħat il-kondoljanzi tiegħu wkoll il-Partit Laburista, li, fi stqarrija, qal li Salvu Muscat jibqa’ magħruf bħala bniedem ġentili li kien iħobb lill-għajru, fejn ta kontribut kbir lejn il-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin, parikolarment il-festa tradizzjonali. Kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Partit Laburista bagħtu l-kondoljanzi lil Joseph u Michelle Muscat, Etoile u Soleil, u lil mart Salvu, Grace. Magħhom ingħaqdu baħar ta’ kummenti ta’ solidarjetà mal-familja Muscat, fosthom bosta għaqdiet tal-festi, inkluż kmamar tan-nar.